Fil-Festa tal-Familja Mqaddsa

Minn Daniel Borg

Illum hija l-festa tal-familja Mqaddsa, u l-Vanġelu tal-lum jitkellem mill-preżentazzjoni ta’ Ġesu fit-tempju (Luqa 2, 22-40). Il-preżentazzjoni tal-Mulej titkellem ħafna fuq il-familja Mqaddsa, familja li tati l-iktar offerta umli li wieħed seta jagħti fit-tempju “żewġ gamimiet”, familja li ħarġet mit-tempju mhux b’wegħdiet ta’ ġid u glorja, imma b’wegħdiet ta’ sofferenza: ““Ara, dan se jġib il-waqgħa u l-qawmien ta’ ħafna f’Iżrael; se jkun sinjal li jmeruh, – u inti wkoll, sejf jinfidlek ruħek! – biex jinkixfu l-ħsibijiet moħbija fil-qlub ta’ ħafna”.

U l-Papa fl-Angelus jistaqsina x’irid jgħidilna dan kollu? Il-Familja Mqaddsa kienet esperta tad-diffikulta’. Hemmhekk għażel li jitwieled Ġesu’. U l-Papa jistħajjel lil Ġesu jgħid lill-familji: “Jekk għaddejjin minn xi diffikulta jien naf x’qed tħossu, għax jien, missieri, u ommi għaddejna minnu: M’intomx weħidkhom.”

Il-Papa jsemmi wkoll kif Ġużeppi u Maria baqgħu mistagħġba x’ħin semgħu lil Xmum jitħaddet fuq Ġesu. U għalhekk hu jistieden li jkollna dan is-sens ta’stagħġib fil-familji tagħna, biex napprezzaw il-preżenza ta’xulxin. Żgur li l-ħajja tagħna għandha aspetti negattivi, imma Alla mexa magħna bi tjubija f’dan il-vjaġġ, minkejja l-inesperjenza tagħna. Ejjew ninfetħu għad-dawl ta’ Kristu fil-bidu ta’ din is-sena!

Tista’ tara dan il-messaġġ ukoll fuq facebook fuq din il-ħolqa:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0QhFfV7Jzpq9URZEK8qwxsdvUrd2NEzFtDXupdjpzZhHgCfsba3WN7TMqicthjHNdl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading