Ibnu pontijiet ta’ paċi f’dinja ta’ gwerra

Il-Papa Franġiaku lil dawk li jieħdu ħsieb il-magażin Franġiskan: Ibnu pontijiet ta’ paċi f’dinja ta’ gwerra

“Hawn tant moħqrija, għalhekk nitlob għall-pontijiet ta’ paċi!” jgħid il-Papa Franġisku f’intervista mogħtija lir-rivista ta’ kull xahar ‘San Francesco Patroni d’Italia’ (San Franġisk Patrun tal-Italja), ippubblikata mill-patrijiet tal-Kunvent Sagru f’Assisi.

Fil-ħarġa ta’ Jannar, il-Papa talab għal darb’oħra li nkunu strumenti ta’ paċi billi nibnu pontijiet u nresqu jdejna lejn ħutna fil-bżonn. Minn tmiem it-Tieni Gwerra Dinjija, nnota l-Papa, d-dinja ma waqfitx tagħmel gwerer kullimkien: il-Palestina u l-Ukrajna narawhom sew għax huma qrib tagħna. L-Qdusija Tiegħu żied ukoll liż-żminijiet li qed ngħixu fihom huma delikati u li hemm ħafna nies il-ħabs għal raġunijiet politiċi. Meta niġu ffaċċjati b’tant moħqrija, il-Papa Franġisku jisħaq li għandna bżonn il-pontijiet. “Ibnu l-pontijiet”, saħaq.

L-intervista saret fid-29 ta’ Diċembru, wara li l-Papa laqa’ għandu lill-Ministru Ġenerali tal-Patrijiet Minuri Konventwali, Fra Carlos Trovarelli; l-Kustodju tal-Kunvent Sagru, Fra Marco Moroni; u d-Direttur tal-Uffiċċju tal-Komunikazzjoni tal-Kunvent Sagru, Fra Giulio Cesareo, OFMConv. Il-Papa Franġisku ġie mistoqsi min hu San Franġisk għalih – mistoqsija li wieġeb għaliha billi qal li hu “qaddis speċjali, li imita lil Kristu b’mod speċjali”. Huwa l-qaddis tal-umiltà u t-tjubija, spjega l-Papa; hu paċenzjuż, u ma jitlob xejn lil ħadd filwaqt li joffri lilu nnifsu bis-sħiħ lil kulħadd. Il-Papa spjega, hekk San Franġisk għażel li jimita lill-Mulej, u hekk għamel sal-aħħar.

Fl-aħħarnett, il-Qdusija Tiegħu enfasizza d-don li l-Ispirtu s-Santu jrid jagħti lill-Knisja permezz tal-Franġiskani: t-tjubija. L-Papa Franġisku spjega li t-tjubija tfisser xhieda u maħfra. “Franġiskan irid ikun akkoljenti ħafna fis-sagrament tar-rikonċiljazzjoni, jaħfer kollox”, saħaq il-Papa, filwaqt li enfasizza li “l-Mulej ma jgħejjiex jaħfer” u li “Franġsiku kellu qalb kbira u hu wkoll ma għejjiex jagħti l-maħfra”. Dak li jistenna mill-Franġiskani, temm jgħid il-Papa, “li jkunu appostli tar-rikonċiljazzjoni u tal-maħfra”.    

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-francis-interview-franciscan-magazine-francesco-patrono.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading