Il-Papa ‘mnikket ħafna’ għall-ħajjiet mitlufa fl-isplużjonijiet tal-Iran

Il-Papa Franġisku jinsab imnikket ħafna bit-telf ta’ ħajjiet wara l-isplużjonijiet fatali f’Kerman, l-Iran, li seħħew nhar l-Erbgħa, u li hu qed jitlob għal dawk li mietu jew weġġgħu u għall-familji mnikkta tagħhom. Il-kondoljanzi tal-Qdusija Tiegħu wasslu f’telegramma mibgħuta nhar il-Ġimgħa mis-Segretarju tal-Istat tal-Vatikan, il-Kardinal Pietro Parolin, f’ismu. Il-Papa Franġisku bagħat ukoll “is-solidarjetà spiritwali tiegħu mal-midruba” u sejjaħ “fuq il-poplu kollu tal-Iran, il-barkiet ta’ għerf u paċi ta’ Dak li Jista’ Kollox”.

Nhar l-Erbgħa, żewġ splużjonijiet fl-Iran qatlu kważi mitt ruħ u darbu għad ieħor, waqt tifkira għal kmandant tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi, Qassem Soleimani. L-gvern ħabbar li l-Ħamis kellu jkun jum ta’ luttu. L-Ħamis ukoll, l-hekk imsejjaħ Stat Iżlamiku (ISIS) ħa r-responsabbiltà għall-attakki.

Il-grupp militanti Musulman Sunni, permezz ta’ stqarrija mibgħuta fuq l-istazzjonijiet affiljati tiegħu, qal li l-Erbgħa, żewġ membri tal-Istat Iżlamiku kienu splodew ċinturini splussivi fil-folla li nġabret fiċ-ċimiterju fil-belt Iranjana ta’ Kerman.

L-avveniment fatali, li seħħ hekk kif it-tensjonijiet fir-reġjun qed imorru għall-agħar minħabba l-gwerra li għaddejja bejn l-Iżrael u l-Ħamas, jimmarka l-aktar attakk imdemmi fuq l-art Iranjana mir-Rivoluzzjoni Iżlamika tal-1979.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-01/pope-deeply-saddened-for-lives-lost-in-iran-explosions.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading