65 sena ilu, il-Papa Ġwanni XXIII ħabbar li ser isejjaħ Konċilju

Papa Ġwanni XXIII ġie elett papa fit-28 t’Ottubru 1958 u ħabbar il-ħsieb tiegħu li jagħmel konċilju ġenerali waqt żjara fil-Bażilika ta’ San Pawl fuori le mura’ Ruma fil-25 ta’Jannar 1959.

Ħafna nies, inklużi xi kardinali, ħasbu li fehmu ħażin jew li l-Papa ħa żball; iżda ma damux ma rrealizzaw li l-Papa tassew ried jagħmel dan il-konċilju. Għalhekk ma damux ma bdew it-tħejjijiet. Kien hemm bżonn preparazzjoni materjali, pereżempju biex għamlu ħafna scaffolding fil-korsija tal-Bażilka ta’ San Pietru fejn kellhom isiru l-laqgħat. Kien hemm bżonn ħafna loudspeakers u mikrofoni, u tant ħwejjeġ oħra biex jaqdu madwar elfejn isqof li wieħed kien qed jistenna.

Iżda aktar importanti kienet il-preparazzjoni spiritwali u intellettwali. Hawn il-Kongregazzjonjiet tas-Santa Sede ħadu ħsieb jippreparaw dokumenti jew skemi biex ikunu l-bażi tad-diskussjoni. Dawn matul il-Konċilju ġew emendati ħafna u xi wħud minnhom ġew imwarrba u flokhom daħlu oħrajn ġodda.

Aktar fuq il-Konċilju Ekumeniku Vatikan II …

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading