Tibda s-sena ta’ talb għall-Ġublew 2025

Print Friendly, PDF & Email

Fi tmien il-messaġġ tal-Angelus tal-Ħadd 21 ta’ Jannar 2024, il-Papa Franġisku fakkar li x-xhur li ġejjin se jwassluna għall-ftuħ tal-Bieb Imqaddes li minnu se nibdew il-Ġublew. 

Huwa qal, “Nitlobkom titolbu b’ħeġġa akbar biex nitħejjew ħalli dil-ġrajja ta’ grazzja ngħixuha sew u tulha nġarrbu l-qawwa tat-tama t’Alla.  Għaldaqstant, illum qed nibdew is-sena ta’ talb, jiġifieri sena dedikata  biex mill-ġdid niskopru l-valur kbir u assolut tat-talb fil-ħajja personali tagħna, fil-ħajja tal-Knisja u tad-dinja.”

Matul is-sena li għaddiet il-Papa nnifsu kien diġà ppublika talba, miktuba minnu stess biex tista’ tkun ta’ għajnuna fit-talb tagħna.

Din issibha bil-Malti kif ukoll bil-vidjo minn din il-link … https://www.laikos.org/g2025/files/gublew_2025_talba.htm

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading