Imsejħin niżirgħu t-tama u nibnu l-paċi

Ejjew inqumu mir-raqda, noħorġu mill-indifferenza ….

F’din it-tema tal-Messaġġ għall-Jum Dinji tal-Vokazzjonijiet, imfakkar kull sena fir-4 Ħadd tal-Ghid (21 ta’April 2024), il-Papa Franġisku jfakkarna fil-Ġublew 2025: Pellegrini ta-Tama u fil-bżonn kbir li l-umanità għandha tal-paċi.

“Inkunu pellegrini tat-tama u bennejja tal-paċi jfisser li nsejsu ħajjitna fuq il-blata tal-qawmien ta’ Kristu.”

Il-Papa jfakkarna li “din is-sena 2024, iddedikata proprju lit-talb fi tħejjija għall-Ġublew, aħna msejħin niskopru mill-ġdid id-don bla tarf tad-djalogu mal-Mulej, qalb ma’ qalb, u hekk insiru pellegrini ta’ tama.”

Il-messaġġ ta’ Franġisku huwa qawwi u bla tlaqliq … “
“Ejjew inqumu mir-raqda, noħorġu mill-indifferenza, niftħu l-kanċelli tal-ħabs li warajhom xi drabi nqfilna, biex kull wieħed u waħda minna jista’ jiskopri l-vokazzjoni tiegħu fil-Knisja u fid-dinja u jsir pellegrin tat-tama u bennej tal-paċi!”

Tista’ taqra l-messaġġ tal-Papa Franġisku għall-Jum Dinji ta’ Talb għall-Vokazzjonijiet minn hawn …
https://laikos.org/fr1_messagg_vokazzjonijiet_2024.htm

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading