“Konversazzjonijiet fl-Ispirtu” għan-nies fi Knisja sinodali

Print Friendly, PDF & Email

Fit-23 ta’ April, madwar 1,400 persuna minn madwar id-dinja, għandhom jinġabru online,  biex jippreparaw għat-tieni sessjoni tal-Assemblea tas-Sinodu dwar is-Sinodalità li se ssir f’Ruma f’Ottubru ta’ din is-sena.

Fi stqarrija għall-istampa datata l-15 ta’ April, l-Unjoni Dinjija tal-Organizzazzjonijiet tan-Nisa Kattoliċi (WUCWO) kitbet li l-avveniment onlajn, “Konversazzjonijiet fl-Ispirtu”, organizzat b’kollaborazzjoni mal-Osservatorju Dinji tan-Nisa (WWO) u l-Ministeru tal-Laqgħa Injazjana, se jkun turija ta’ mixja, flimkien mal-Knisja kollha, fil-proċess sinodali mibdi fl-2021.

L-istqarrija tgħid: li “dan l-avveniment, li se jsir permezz ta’ Zoom għandu l-għan li jpoġġi fil-prattika l-metodoloġija sinodali u li jidħol aktar fil-fond fil-parteċipazzjoni tan-nisa fi Knisja sinodali f’missjoni”.

‘Konversazzjonijiet fl-Ispirtu’ se jkunu strutturati f’diversi gruppi u lingwi differenti (Ingliż, Spanjol u Franċiż) sabiex il-parteċipanti kollha jkunu jistgħu jaqsmu l-ideat tagħhom u jisimgħu esperjenzi u opinjonijiet oħra. L-istqarrija tħabbar li qed jitħarrġu 300 ‘facilitators’ minn ħames kontinenti u li se jkunu qed jimmoderaw il-gruppi żgħar biex “jiżguraw li l-‘Konvesazzjonijiet fl-Ispirtu’ jsiru skont il-metadoloġija stabbilita”.

L-istqarrija tikkonkludi billi tħabbar li l-WUCWO, li tirrappreżenta aktar minn 8 miljun mara Kattolika minn madwar id-dinja, “hi kunfidenti li dawn il-konversazzjonijiet se jgħinu bie jippromwovu komunitajiet ta’ fidi Kattolika biex jiffurmaw, jipparteċipaw u jippromwovu dawn il-laqgħat ta’ smigħ attiv tal-Ispirtu, silenzju komuni u dixxerniment kollaborattiv”.

Ir-reġistrazzjoni tagħlaq fit-18 ta’ April u tista’ ssir f’din il-link: https://linktr.ee/wucwoevents.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/church/news/2024-04/women-in-the-church-organisation-conference-synodality-wucwo.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading