Il-Kardinal Luis Antonio Tagle kien il-kelliem ewlieni waqt l-Aquinas Lecture annwali, li sar nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju 2024 fis-7pm, fl-Awditorju tal-MUSEUM fil-Blata l-Bajda.
Il-Kardinal Tagle huwa l-Pro-Prefett għas-Sezzjoni tal-Ewwel Evanġelizzazzjoni fid-Dikasteru għall-Evanġelizzazzjoni, u tkellem dwar kif nistgħu nwasslu lil Alla u l-Kelma tiegħu fid-dinja tal-lum.