Kitba ta’ Joe Galea
Waqt l-udjenza ġenerali ta’ nhar l-Erbgħa 8 ta’ Mejju, il-Papa Franġisku ressaq it-talba tiegħu lil San Stanislaw, il-patrun tal-Polonja, biex tinkiseb il-paċi fl-Ukrajna u f’Iżrael. Il-Papa kien qed jindirizza lill-pellegrini Pollakki fi Pjazza San Pietru fil-Vatikan.
Il-Papa qal lill-pellegrini: “Illum intom tiċċelebraw is-solennità ta’ San Stanislaw, Isqof u martri, patrun ta’ art twelidkom. San Ġwanni Pawlu II kien kiteb dwaru San Stanislaw biex mill-għoli tas-sema jħares lejn it-tbatijiet u t-tamiet ta’ pajjiżkom u jsostn lil artkom biex tiex tibqa’ sħiħa, speċjalment fi żminijiet bħal dawk tat-Tieni Gwerra Dinjija.”
Fl-udjenza ta’ nhar l-Erbgħa, il-Papa Franġisku talab li l-interċessjoni ta’ San Stanislaw iġġib illum ukoll id-don tal-paċi fl-Ewropa u madwar id-dinja, speċjalment fl-Ukrajna u l-Lvant Nofsani.”
Kif tidħol il-Polonja f’dawn il-gwerer?
It-talba tal-Papa hi fl-isfond tal-gwerer fl-Ukrajna u l-Iżrael, li jinsabu għaddejjin bla heda uli m’hemmx li jieqfu. Biż-żewġ gwerer hekk qliel f’żoni popolati ħafna, in-nies ċivili, inklużi t-tfal, qed ibatu l-effetti tal-bumbardamenti, l-attakki bid-drones, u l-ġuħ. Il-poplu Pollakk, sadanittant, kien strumentali biex l-għajnuna umanitarja tinġieb lill-poplu tal-Ukrajna kif ukoll biex jgħin fl-ikel, fil-ħwejjeġ u fil-kenn lill-kważi 20 miljun refuġjat Ukren li qasmu l-fruntiera Pollakka mill-bidu tal-gwerra.
Waqt udjenza ma’ pellegrini Pollakki fl-2022, il-Papa Franġisku kien faħħar lill-Polonja bħala eżempju ta’ karità b’reazzjoni għat-traġedji u għall-isforzi tagħhom biex jgħinu lill-poplu Ukren. Kien qalilhom: “Intom kontu l-ewwel li appoġġajtu lill-Ukrajna, ftaħtu l-fruntieri tagħkom, ftaħtu qalbkom u l-bibien ta’ djarkom għall-Ukreni li qed jaħarbu mill-gwerra. B’ġenerożità qed toffrulhom dak kollu li għandhom bżonn biex jgħixu b’dinjità, minkejja s-sitwazzjoni traġika li jinsabu fiha. Jiena grat ħafna lejkom, u nberikkom.”
Għaliex San Stanislaw?
Il-Polonja, pajjiż li huwa magħruf għall-fervur reliġjuż tiegħu (huwa 85% Kattoliku Ruman), għandu devozzjoni profonda lejn San Stanislaw. Il-qaddis, bl-isem ta’ Stanislaw Szczepanowski, twieled qrib Krakovja fl-1030. Wara l-mewt tal-ġenituri tiegħu, Stanislaw ta ġidu lill-foqra u sar saċerdot u, ‘il quddiem, Isqof ta’ Krakovja. Stanislaw sar magħruf bħala predikatur imħeġġeġ kontra l-immoralità fil-livelli kollha tas-soċjetà. Huwa kien minn tal-ewwel biex ixerred il-fidi fil-Polonja, u ħeġġeġ lir-Re Pollakk Boleslaus biex jistabbilixxi aktar monasteri madwar il-pajjiż.
Maż-żmien l-Isqof Stanislaw…-Isqof Stanislaw ġarrab ir-rabja ta’ Boleslaus talli tkellem kontra l-immoralità sesswali u l-moħqrija tar-re lejn il-poplu tiegħu. Fir-rabja tiegħu, Boleslaus jingħad qatel personalment lil Stanislaw waqt li dan kien qed jiċċelebra l-Quddiesa. Stanislaw ġie proklamat martri u kanonizzat fl-1253, u sar l-ewwel qaddis Pollakk
San Ġwanni Pawlu II, qabel laħaq Papa, kien Arċisqof tas-Sede ta’ Stanislaw bħala l-kap tal-Arċidjoċesi ta’ Krakovja. Kien ifaħħar lil San Stanislaw u sejjaħlu bħala “d-difensur tal-vera libertà” u “qaddis għaż-żminijiet imqallba.” Isemmi li, “Hemm rabta spiritwali profonda bejn il-figura ta’ dan il-patrun kbir tal-Polonja u l-kotra ta’ qaddisin u beati li taw kontribut siewi ta’ tjubija u qdusija fl-istorja ta’ art twelidna,”.
Fis-750 anniversarju tal-kanonizzazzjoni ta’ Stanislaw, il-Papa San Ġwanni Pawlu II kiteb hekk lill-poplu tal-Arċidjoċesi ta’ Krakovja: “Kmieni fl-istorja tagħna, Alla, l-missier tal-popli u l-ġnus, uriena permezz ta’ dan il-patrun qaddis li l-ordni morali, ir-rispett lejn il-liġi ta’ Alla u d-drittijiet ġusti ta’ kull persuna, huma kundizzjonijiet fundamentali għall-eżistenza u l-iżvilupp ta’ kull soċjetà.”
Illum, San Stanislaw ikompli jkun ispirazzjoni ta’ qlubija fit-tfittxija tad-drittijiet tal-bniedem u tas-servizz lil Alla. Il-post fejn hu midfun, fil-Bażilika Arċikatidrali ta’ San Stanislaw u San Vinċeslaw fi Krakovja, hu destinazzjoni ta’ pellegrinaġġi popolari u simbolu tal-identità Pollakka.
