Il-Ħajja f’Għawdex, Mejju 2024, Nru 1058

Il-ħarġa ta’ Mejju 2024 ta’ Il-Ħajja f’Għawdex iġġib l-ewwel intervista ta’ rivista Għawdxija mal-President ta’ Malta Dr Myriam Spiteri Debono, li fiha tirrakkonta t-tfulija tagħha fir-Rabat ta’ Għawdex u kif tħares lejn il-futur tal-gżira li wilditha u għadha tant għal qalbha.

Il-ħarġa tirrapporta wkoll l-għoti ta’ unur prestiġjuż Brittaniku lil Gerard Grech minn Ta’ Kerċem, kif ukoll il-ftuħ ta’ eremitaġġ fuq l-għolja Ta’ Għammar. L-anniversarji marbuta mal-ħajja tal-poeta Ġorġ Pisani huma mfakkra b’riċensjoni imma wkoll b’poeżija ta’ Joe W. Psaila pariġġ oħra tiegħu, li juru l-kuntrast bejn Għawdex ta’ żmien Pisani u dak tal-lum. Fost artikli storiċi ta’ interess hemm dak li jfakkar il-250 sena tal-Kolleġġjata fl-Għarb u l-120 sena tal-Adorazzjoni Perpetwa fil-Knisja ta’ Savina.

https://www.facebook.com/ilhajjafghawdex

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading