Il-Papa jgħid li jżomm il-Bibbja tas-suldat Ukren maqtul fuq l-iskrivanija tiegħu

F’nofs il-katekeżi tiegħu tal-Erbgħa – li din il-ġimgħa kienet iddedikata għas-Salmi – l-Papa Franġisku warrab it-test ppreparat, u tkellem off-the-cuff. “Fuq l-iskrivanja tiegħi, għandi din l-edizzjoni Ukrena tat-Testment il-Ġdid u tas-Salmi”, qal, “ta’ suldat li miet fil-gwerra. Ġie mibgħut lili. Huwa kien jitlob b’dan il-ktieb”.

Il-Papa kien qed jirrefeti għas-suldat Ukren Oleksandr ta’ 23, li rċieva l-kuruna tar-Rużarju u l-bibbja tiegħu diversi xhur ilu.

Fl-Udjenza Ġenerali tat-3 ta’ April ta’ din is-sena, l-Papa kien ħa miegħu dawn l-oġġetti u wriehom lil dawk miġbura fi Pjazza San Pietru. “Qed inżomm f’idi l-kuruna tar-Rużarju u kopja tat-Testment il-Ġdid li ħalla warajh suldat li miet fil-gwerra,” qal. “Dan iż-żagħżugħ kien jismu Oleksandr, u li kellu 23 sena.”

“Alexander qara t-Testment il-Ġdid u s-Salmi,” żied jgħid il-Papa, “u fil-Ktieb tas-Salmi, kien enfasizza Salm 130: “Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Muelj: isma’, Sidi, l-leħen tiegħi!”

Nhar l-Erbgħa l-Papa kompla jgħid, f’dimostrazzjoni ta’ kemm ir-rigal kien messu, żvela li poġġa l-Bibbja ta’ Oleksandr fuq l-iskrivanija tiegħu.

Huwa talab lil dawk li kien miġbura, biex jitolbu għall-Ukrajna u għall-pajjiżi oħra li qed ibatu mill-gwerra. “Ejjew inkomplu nitolbu għall-paċi,” ħeġġeġ. “Il-gwerra hija dejjem telfa, mill-bidu. Ejjew nitolbu għall-Ukrajna tturmentata, għall-Art Imqaddsa, għas-Sudan, il-Myanmar, u kull fejn in-nies qed isofru mill-gwerra. Ejjew nitolbu kuljum għall-paċi.”

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-06/pope-oleksandr-ukrainian-soldier-killed-desk-bible.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading