Qabel il-Jum Dinji tar-Refuġjati tan-Nazzjonijiet Uniti, li jiġi ċċelebrat fl-20 ta’ Ġunju, l-Papa Franġisku sejjaħ għal trattament aħjar għar-refuġjati.
Waqt li kien qed jitkellem fi tmiem l-Udjenza Ġenerali tiegħu ta’ kull ġimgħa, l-Papa sejjaħ biex il-Jum Dinji jkun “opportunità biex indawwru l-ħarsa fraterna tagħna lejn dawk kollha li huma mġiegħla jaħarbu minn djarhom, biex ifittxu l-paċi u sigurtà”.
“Aħna lkoll msejħin biex nilqgħu, nippromwovu, nakkumpanjaw u nintegraw lil dawk li qed iħabbtu l-bibieb tagħna,” żied jgħid il-Papa. “Nitlob li l-Istati biex jagħmlu ħilithom biex jiżguraw kundizzjonijiet umani għar-refuġjati u biex jiffaċilitaw il-proċessi ta’ integrazzjoni.”
Fl-aħħar, il-Papa Franġisku fakkar ukoll li l-2024, timmarka l-100 anniversarju tal-ewwel Kunsill dwar iċ-Ċina (Primum Concilium Sinese), li sar fl-1924, fil-Katidral ta’ Shanghai. “Dan iwassalni naħseb fil-poplu maħbub Ċiniż,” qal il-Papa. “Ejjew nitolbu dejjem għal dan il-poplu nobbli u kuraġġuż, li għandu kultura tant sabiħa. Ejjew nitolbu għall-poplu Ċiniż.”
F’Mejju, fl-Università Pontifiċja Unbaniana sar kungress internazzjonali bit-titlu “100 sena ta’ Concilium Sinese: Bejn Storja u Preżent”, li jfakkar il-mitt anniversarju tal-ewwel kunsill tal-Knisja Kattolika fiċ-Ċina.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-06/pope-francis-world-refugee-day-welcome-promote-accompany.html