Għandna bżonn l-iskandlu tal-Fidi

Minn Daniel Borg

Fil-Vanġelu tal-lum (Mk 1, 1-6) naraw lil Ġesu’ jirritorna lura f’Nazaret, post twelidu, imma niesu ma jagħrfuhx. Fil-priedka tiegħu mill-belt ta’ Trieste il-Papa llum jirrifletti fuq il-vers: ” U huma skandalizzaw ruħhom minħabba fih” (Mk 6,3).

Il-Papa jgħid li l-kelma skandlu mhux kif is-soltu nifhmuha aħna. Hija dik ix-xi ħaġa li tfixkilna milli nkomplu il-vjaġġ tagħna. In-nies ta’ Nazaret ma setgħux jifhmu kif Ġesu, mastrudaxxa, bin Marija u Ġużeppi kien qed jagħmel dawk l-għeġubijiet kollha. Ma kienx dak l-Alla qawwi u b’saħħtu li kellhom f’moħħhom huma. F’kelma waħda beżżgħethom l-umanita’ ta’ Ġesu. Ġesu kien dak li bidel l-ideja ta’ Alla. Alla f’Ġesu jidher dgħajjef. Alla li jiġi mislub u jistedinna nbegħdu l-egoiżmi kollha tagħna. U għalhekk il-Papa jgħidilna li bħala Knisja ma nistgħux nibqgħu magħluqa fina nfusna. Ħarsitna, u l-fidi tagħna jridu jkunu imdawra lejn minn hu l-iktar batut. U l-azzjonijiet tagħna jridu jirrfilettu dan. Irridu nħaddnu l-iskandlu tal-fidi!

Tista’ tara l-ħsieb fuq din il-ħolqa tal-facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0nQLKoM2jKgG6NfDh1T2Mu4aTqC1dASfpxtam4Kx6bdjtab1QDhJQWTYC8oULFdZ8l

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading