Il-Papa Franġisku: “Ħallu ż-żgħożija tagħkom tkun rigal għal Ġesù”

“Ħallu l-Kristu jittrasforma l-ottimiżmu naturali tagħkom f’imħabba awtentika; mħabba li taf tissagrifika, jiġifieri sinċiera, reali u ġenwina, biex iż-żgħożija tagħkom tkun rigal għal Ġesù u għad-dinja, u tkunu tistgħu tqattgħu ħajjitkom, b’mod denju u produttiv”.

Dan kien l-inkoraġġiment li l-Papa Franġisku bagħat lit-XXII Laqgħa tal-mexxejja tal-ministeru taż-żgħażagħ nazzjonali tal-Karibew u l-Amerika Latina, miġbura f’Asunción, il-Paragwaj, li qed issir bejn il-15-20 ta’ Lulju.

Waqt li esprima l-ferħ tiegħu biex isellem lill-parteċipanti, l-Papa enfasizza l-valur tal-ministeru taż-żgħażagħ għall-Knisja, hekk kif appella liż-żgħażagħ biex iħallu lil Kristu juża l-enerġija tagħhom biex jagħmlu affarijiet kbar. “Il-kmand ta’ Ġesù biex ‘tqumu’,” rrikonoxxa, “jfisser kemm ħidma, kif ukoll responsabbiltà.”

“Tibżgħux mill-Mulej li jgħaddi minn ħdejna u jfesfsilna f’widnejna, li jmil lejna u joffrilna idu biex jerfgħana kull darba li naqgħu”

Filwaqt li l-Papa nnota li Ġesù jridna “fuq saqajna,” “irxuxtati,” u għalhekk, m’għandniex “nibżgħu nħalluh jidħol f’ħajjitna”“Iftħu beraħ il-bibien ta’ qlubkom lejh,” kompla jgħidilhom, “għaliex il-ħajja ġdida, ġejja minnu,” l-ewwel, għax hija “mingħajr paragun” u li għax “jistħoqqlu li wieħed jgħix”.

Il-Qdusija Tiegħu kompla jafda lil dawk miġbura f’idejn il-Verġni Mqaddsa Marija. “Jalla takkumpanja l-passi tagħkom u tinterċedi għalikom bl-imħabba ta’ omm,” qal, “biex flimkien mat-tfal, l-adulti u l-anzjani, f’komunjoni bejn il-ġenerazzjonijiet, tkunu protagonisti fi Knisja dejjem aktar sinodali, dixxiplu u missjunarja”.

B’mod partikolari, qal, “Nirringrazzja liż-żgħażagħ Paragwajani, li ħadmu b’dedikazzjoni biex din il-laqgħa setgħet tkun possibbli.” Kif ukoll, ħeġġiġhom biex jgħixu dawn il-jiem flimkien f’fidi grata. L-Papa Franġisku stedinhom ukoll biex ikomplu jippreparaw ruħhom matul din is-sena ta’ Talb biex jiċċelebraw il-Ġublew 2025 li jmiss b’tama ferrieħa.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-07/pope-francis-to-latin-american-meeting-national-youth-ministers.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading