Minn Daniel Borg
Fil Vanġelu tal-lum (Ġw 6, 51-58) Ġesu’ jgħid: “Jiena hu l-ħobż il-ħaj, li niżel mis-sema . . . Min jiekol ġismi u jixrob demmi jibqa’ fija u jiena fih.” Il-Papa fl-Angelus jgħid li Ġesu’ jieħu ħsieb ta’ fejn l-iktar li għandna bżonn. Huwa permezz tiegħU li aħna salvi, u huwa permezz tal-Ewkaristija li nistgħu ngħixu f’għaqda miegħU u mal-oħrajn. Il-“ħobż il-ħaj” mhux xi ħaġa ta’ sħarijiet li f’daqqa jsolvi l-problemi kollha tagħna. Huwa l-istess ġisem ta’ Kristu li jagħti tama lill-foqra u li jirbaħ l-arroganza ta’ min jgħix minn fuq darhom. Huwa l-‘ħobż’ li jtaffi l-ġuħ tat-tama, tal-verita’, tas-salvazzjoni li lkoll inħossu f’qalbna. U l-Papa jistaqsi: ‘Qegħdin inħossu dan il-ġuħ?’
Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0iQPsep9xeKHwcEAyjzY9vRyCgRUeYbFR9wK8toiKPEyTYC4iQ4KT31MB5yhC31nil