Vers partikolari mill-Vanġelu tal-lum (Mk 9, 30-37) prattikament jurina l-mod kif iridna ngħixu Ġesu’: “Jekk xi ħadd irid ikun l-ewwel wieħed, għandu joqgħod wara kulħadd u jkun qaddej ta’ kulħadd”. Fl-Angelus il-Papa jgħidilna li l-vera qawwa mhix qegħda fil-ħakma ta’dawk li huma l-iktar b’saħħithom, imma fil-kura ta’ dawk li huma l-iktar dgħajfin.
Li nieħdu ħsieb dawk li huma l-iktar dgħajfin dak jagħmilna kbar! Aħna ħajjin għax ġejna milqgħuhin, imma l-poter inessina din il-verita’. U għalhekk insiru dominaturi, u ma nibqgħux qaddejja, u dawk li huma l-iktar dgħajfin ibatu minn din is-sitwazzjoni. Il-Papa jistedinna biex aħna naraw il-wiċċ ta’ Alla f’dawk li huma l-iktar dgħajfin, u biex inkunu ħielsa mill-kburija u lesti għas-servizz.
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid0YFt4JDg2SXRS2QFjpBkSsAMS1z8K5U79CwxMhXipinTRpu1dTKM6oHtApFv9BPDgl