Missio Malta ta’ Ottubru 2024 .
Addattament ta’ Claudia Cini
Din hija l-istedina li qed jagħmlilna l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, li permezz tal-pass tal-Vanġelu qed iħeġġiġna noħorġu u nieħdu sehem attiv fil-missjoni tal-Knisja, u nistiednu lil kulħadd għall-ikla tal-Mulej. Papa Franġisku għandu ħafna għal qalbu l-ħidma tal-missjonijiet, hekk kif stqarr iktar minn darba li aħna lkoll mgħajta li nkunu missjunarji. Kull Nisrani huwa missjunarju! Għalhekk din is-sena, fl-okkażjoni tal-Jum Dinji Missjunarju, li se jiġi ċċelebrat nhar il-Ħadd 20 t’Ottubru, ħu sehem inti wkoll, u għin lil Missio Malta jkompli jwettaq il-ħidma tiegħu fil-pajjiżi l-aktar li għandhom bżonn fl-Afrika, fl-Asja u fl-Amerika t’Isfel.
Ġesù qal li s-saltna t’Alla hija bħal żerriegħa tal-mustarda, li hija l-iżgħar miż-żerriegħa kollha fuq l-art. Iżda meta mħawla, tikber f’arbuxelli kbar u ssir siġra biex l-għasafar tal-ajru jiġu u jagħmlu l-bejtiet fil-friegħi tagħha.
Fil-Jum Dinji Missjunarju, il-Kattoliċi madwar id-dinja kollha għandhom l-opportunità li jiżirgħu żrieragħ tal-fidi li jitrawmu matul is-sena minn Missio. Permezz tat-talb u l-għotja tagħkom, tista’ tgħinu lill-missjunarji u lill-komunitajiet jilħqu, jikbru u jaqsmu l-fidi tagħhom, sabiex kulħadd jesperjenza l-imħabba t’Alla.
Fil-Jum Dinji Missjunarju, nuru solidarjetà ma’ ħutna li jgħixu f’parroċċi żgħażagħ u foqra barra minn xtutna. Flimkien bħala Knisja dinjija, ningħaqdu biex naqsmu t-tama tal-evanġelju u l-imħabba ta’ Kristu ma’ kulħadd, u kullimkien.
Fil-Jum Dinji Missjunarju, kull persuna, f’kull parroċċa, f’kull pajjiż, fejn il-Knisja hija preżenti, jiċċelebraw flimkien u jaqsmu dak kollu li jistgħu.
Huwa l-uniku Ħadd fis-sena meta l-ġenerożità tagħkom tmur direttament biex tgħin lill-missjunarji u lill-komunitajiet lokali ta’ fidi jħawlu t-tama u l-imħabba f’uħud mill-aktar partijiet remoti u perikolużi tad-dinja.
Din is-sena, se tagħtu s-sehem tagħkom fl-appoġġ lejn il-missjunarji u l-komunitajiet ta’ fidi biex jaqsmu t-tama u l-imħabba t’Alla ma’ ħutna li jgħixu fil-faqar u l-kunflitt?
Jekk tixtieq tgħin, tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek billi ċċempel 2123 6962, żur is-sit www.missio.org.mt jew ikseb aktar informazzjoni minn fuq il-powster mehmuż. Grazzi mill-qalb.
