“Meta jkollok ġisem uman f’idejk, maħluq fuq ix-xbieha ta’ Alla, aġixxi ta’ ‘artiġjan tas-saħħa’, ittratta lill-oħrajn bl-istess kura li biha int ridt tiġi kkurat”.
Dan kien is-suġġeriment li l-Papa Franġisku għamel nhar l-Erbgħa filgħodu, f’laqgħa li kellu mal-membri tas-Soċjetà Taljana tal-Kirurgija fil-Vatikan, fl-okkażjoni tal-126 Kungress Nazzjonali tas-Soċjetà Taljana tal-Kirurgija.
Il-Kungress qed isir f’Ruma fuq it-tema: “Il-Futur tal-Kirurgu – il-Kirurgu tal-Futur.” Il-Qdusija Tiegħu beda l-kummenti tiegħu fejn faħħar il-ħidma tal-kirurgi biex isalvaw u jieħdu ħsieb il-ħajjiet, u rringrazzjahom tas-sagrifiċċji li jagħmlu biex jagħmlu din il-ħidma mportanti. F’dan il-kuntest, ħeġġiġhom biex dejjem jaġixxu b’mod uman u professjonali, u fi ħdan kultura tas-saħħa, li taqdi lil kull persuna fit-totalità tagħha.
Il-Papa qalilhom biex jiftakru li quddiemhom “dejjem hemm persuna ħajja,” mhux “biss l-organi jew it-tessuti tagħhom,” u wissa kontra t-tobba, li kultant jinsew lill-marid jew l-imweġġa’, li l-persuna tkun fiċ-ċentru. Xi drabi, lmenta, l-mediċina moderna tnaqqas il-ġisem biex isir “sempliċiment oġġett ta’ ‘investigazzjoni xjentifika u manipulazzjoni teknika,” bi “spejjeż tal-pazjent, li jieħu t-tieni post.”
“Imma x-xjenza hija għall-umanità, u mhux l-umanità għax-xjenza!” qal il-Papa Franġisku, li sejjaħ għal “xjenza umana”.
Fi żmien meta l-kirurgija tiddependi fuq ħafna teknoloġija ġodda, fosthom l-intelliġenza artifiċjali, l-Papa rrikonoxxa kemm hu mportanti li qatt ma ninsew li xejna ma’ jista’ jieħu post l-“id” tal-kirurgu. L-Qdusija Tiegħu ħeġġeġ lit-tobba biex jippromwovu valuri umani speċjalment lill-kirurgi futuri. “Il-ħidma tagħkom u l-missjoni tagħkom,” innota, “se jkunu dejjem estremament importanti: għalhekk nistedinkom tkunu protetturi tal-ħajja ta’ min qed ibati – protetturi tal-ħajja ta’ min qed ibati”.
Waqt li indirizzahom bħala “kirurgi stmati”, l-Papa ħeġġiġhom biex jimitaw lis-Samaritan it-Tajjeb u l-qrubija u l-kura tal-Mulej għal dawk fil-bżonn. “Hekk,” osserva l-Papa, “kull tabib tajjeb isir proxxmu tal-pazjent tiegħu”.
Qabel ma ta l-Barka Appostolika tiegħu, l-Papa Franġisku rringrazzja lill-kirurgi għal dak kollu li jagħmlu biex jgħinu lill-umanità li qed tbati, u talab biex Marija, Saħħa tal-morda, takkumpanja s-servizz tagħhom u tfarraġhom fil-ħidma u r-riċerka tagħhom.
Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2024-10/pope-urges-surgeons-to-protect-lives-of-those-who-suffer.html
