Laqgħa Annwali għall-Katekisti tal-Arċidjoċesi ta’ Malta

Nhar l-Erbgħa 13 ta’ Novembru 2024, saret il-laqgħa annwali tal-katekisti kollha tal-Arċidjoċesi ta’ Malta fl-Awditorju tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija (M.U.S.E.U.M.) fil-Blata l-Bajda. Għal din il-laqgħa ħadu sehem mijiet ta’ katekisti minn diversi parroċċi u komunitajiet madwar Malta.

Wara l-introduzzjoni li saret minn Rev. Dr David Torpiano, Delegat tal-Arċisqof għall-Katekeżi, l-Arċisqof Emeritu George Frendo OP qasam riflessjoni dwar it-tema tal-laqgħa li kienet: “Nagħtu raġuni tat-tama li hemm fina” (ara 1 Pt 3:8-17). Din it-tema ntagħżlet b’rabta mal-Ġublew tat-Tama li l-Knisja se tiċċelebra minn hawn u ftit ġimgħat oħra.

Mons. Frendo spjega s-sinifikat awtentiku tat-tama li hi differenti mill-ottimiżmu. It-tama vera titlob li l-Knisja taffaċċja r-realtà, bit-tbatija kollha tagħha u anki fid-dawl tal-kriżijiet kontemporanji. Dan ifisser ukoll li l-Knisja hija msejħa biex tagħraf profondament is-sinjali taż-żminijiet. Huwa f’dan il-kuntest li b’mod partikolari, il-katekisti għandhom ikunu nies ankrati fit-tama Nisranija u xandara tat-tama għal ħuthom. Ir-rebħa tal-Mulej fuq il-mewt, tibqa’ dejjem l-għajn ewlenija tat-tama għal kull dixxiplu tal-Mulej.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading