“Suldat ġie fuqi biex niekol magħhom wara li spiċċa r-Ramadan” – L-Arċisqof Alfred Xuereb

05/12/2024: Mir-Rabat Għawdex għar-Rabat tal-Marokk. Newsbook Malta poġġa mal-Arċisqof Alfred Xuereb, in-Nunzju Appostoliku tal-Marokk biex jitkellem dwar kif għex din l-aħħar sena f’dan l-irwol il-ġdid.

Fil-5 ta’ Jannar li għadda 2024, wara ħames snin Nunzju Appostoliku fil-Korea t’Isfel u fil-Mongolja, huwa ntbagħat il-Marokk, li għalih kien post kompletament ġdid. Mal-ewwel ħassu milqugħ u qal li hemmhekk in-nies dħulin waqt li rrakkonta esperjenza li fiha suldat mar jiġri għal fuqu eżatt malli ntemm ir-Ramadan biex miegħu jaqsam l-ikel li kellhom huma. Mument iehor kien meta x-xufier tiegħu, li hu Musulman, xorta ħass li għandu jitolbu jberiklu n-neputijiet.https://tv.newsbook.com.mt/player/embed?assetID=vamwduvhhnlqmlu3&skin=green&autoplay=0&ads=1

Spjega li hemmhekk hemm madwar 80,000 Nisrani u hemm żewġ djoċesijiet ta’ Rabat li jitkellmu bil-Franċiż u ta’ Tangire li jitkellmu bl-Ispanjol. Qal li minkejja li qegħdin f’minoranza l-komunità Kattolika hi waħda vibranti u jieħduha b’serjetà kbira l-preparazzjoni għall-quddies.

Matul din is-sena hu għamel il-Griżma lil seba’ żgħażagħ min-Niġerja u niżel fiż-żona ta’ Casablanca fejn hemmhekk dar diversi komunitajiet u għammed sebat itrabi.

L-akkoljenza hija kbira, u l-ilsien Malti jgħinu biex isellmilhom u jikkomunika magħhom biss hemm realtà oħra wkoll għax stqarr li jekk turi li int Nisrani tbati l-konsegwenzi fuq il-post tax-xogħol. Bħala eżempju ġab il-fatt li wieħed pereżempju ma jipprattikax ir-Ramadan jispiċċa jitgħabba b’aktar xogħol u emarġinat.

Din hija biss l-ewwel parti tal-intervista mal-Arċisqof Alfred Xuereb. Fit-tieni parti jitkellem dwar il-ħidma tiegħu mill-qrib mal-Papa Benedittu XVI u ma’ Papa Franġisku, b’anedotti ħelwin dwar il-ħajja tagħhom. Mons. Xuereb ħareġ ukoll pubblikazzjoni dwar l-għerf u l-ħsibijiet li ggwidaw lil Papa Benedittu XVI bl-isem ta’ ‘Il-Jiem Tiegħi ma’ Papa Bendittu XVI’.

Jitkellem ukoll dwar x’fissret għalih li kien Prelat Segretarju Ġenerali tas-Segreterija għall-Ekonomija tas-Santa Sede. 

Biex tara l-filmati mur HAWN.

Sors: www.knisja.mt

Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading