Xewqat tajba minn Gaża għall-fejqan tal-Papa Franġisku

Il-Parroċċa ddedikata lill-Familja Mqaddsa ta’ Gaża tibgħat xewqat tajba ta’ fejqan lill-Papa Franġisku.

Għal aktar minn sena, relazzjoni ta’ appoġġ reċiproku għaqqad lill-Papa Franġisku u l-parroċċa tal-Familja Mqaddsa f’Gaża. Minn mindu faqqgħet il-gwerra, ta’ kull filgħaxija, fis-7pm., il-Qdusija Tiegħu kien iċempel lill-parroċċa u lill-kumunità tagħha, biex jiċċekkja l-benesseri tagħhom fost l-offensiva Iżraeljana. Issa, waqt li qed jiġġieled kontra l-pnewmonja doppja fl-Isptar Gemelli ta’ Ruma, l-parruċċani qed jirritornaw l-istess qrubija, fejn bagħtulu messaġġ mill-qalb f’video qasir, messaġġ ta’ talb u inkoraġġiment.

Il-parroċċa fil-Belt ta’ Gaża, mhux biss qed tkompli bl-attivitajiet pastorali tagħha, iżda bħalissa qed tospita madwar 500 ruħ, li ġew spostati mill-bumbardamenti Iżraeljani, fejn qed joffrulhom kenn, ikel, u akkumpanjament fi żmien ta’ disperament.

Fil-filmat tagħhom għall-Papa, l-parruċċani, flimkien mal-kappillan Fr. Gabriel Romanelli, fejn jidhru mgeżwrin sew biex iżommu lilhom infushom sħan, minn quddiem l-artal tal-parroċċa tagħhom, bagħtulu dan il-messaġġ.

“Għażiż Santita, aħna miġburin hawn f’Gaża wara l-Quddiesa tal-lum. Hawn ħafna kesħa, iżda rridu nesprimu l-gratitudni tagħna, l-qrubija tagħna, u t-talb tagħna. D-dinja kollha qed titlob għalik, u hija grata ħafna, u lkoll nawgurawlek fejqan ta’ malajr.”

U jtemmmu l-messaġġ billi flimkien qallu: “Alla jbierkek dejjem. Shukran, shukran!”  

Minkejja d-dħul fl-isptar fl-14 ta’ Frar, u minħabba l-kundizzjoni ta’ saħħtu li żammewh għal jiem ma jistax jagħmel kuntatt ma’ Gaża, nhar it-Tnejn, wara li l-Uffiċċju Stampa tas-Santa Sede, fejn irrapporta “ftit titjib” f’saħħtu, l-Papa Franġisku ċempel mill-ġdid lill-parroċċa tal-Familja Mqaddsa, fejn esprimi l-qrubija u r-ringrazzjament personali tiegħu għall-messaġġ li għamlulu bil-vidjo.

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-02/video-message-from-gaza-parish-to-the-pope.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading