Kummissjoni għad-donazzjonijiet lis-Santa Sede.

B’kitba bl-idejn (Chirograph), iffirmat fil-11 ta’ Frar, 2025, il-Papa Franġisku waqqaf il-Commissio de donationibus pro Sancta Sede, kummissjoni ġdida ddedikata għall-promozzjoni tad-donazzjonijiet lis-Santa Sede.

Il-kompitu ewlieni ta’ din il-kummissjoni, huwa li tmexxi kampanja ta’ ġbir ta’ fondi fost il-fidili, konferenzi tal-Isqfijiet, u benefatturi potenzjali oħra, li jenfasizzaw l-importanza tal-appoġġ finanzjarju għall-missjoni u l-ħidma ta’ karità tas-Santa Sede.

Il-kummissjoni se tfittex ukoll finanzjament minn donaturi lesti għal proġetti speċifiċi proposti minn istituzzjonijiet tal-Kurja Rumana u l-Gvernatur tal-Belt tal-Vatikan. Fl-istess ħin, se tirrispetta l-indipendenza u r-responsabbiltajiet ta’ kull entità tal-Kurja skont ir-regolamenti eżistenti.

Il-Kummissjoni bħalissa tikkonsisti minn ħames membri (b’massimu ta’ sitta). Hija ppreseduta minn Mons. Roberto Campisi, Assessur għall-Affarijiet Ġenerali tas-Segretarjat tal-Istat.

Bħala parti mill-ħidma tagħha, l-Kummissjoni se taġixxi bħala korp ta’ koordinazzjoni għal inizjattivi oħra ta’ ġbir ta’ fondi, kemm formali, kif ukoll inofrmali, bħal kontribuzzjonijiet magħmula taħt il-Kodiċi Kanoniku 1271 u l-ġabra magħrufa ‘tal-Papa’. Dan se jiżgura li l-iskop u l-karattru ta’ kull inizjattiva jiġu rispettati.

Kull sena, l-Kummissjoni se tistabbilixxi kampanji ta’ ġbir ta’ fondi u ta’ għarfien li għandhom jitniedu, u tiddefinixxi l-ambitu u l-istrateġija tagħhom. Se jissorveljaw ukoll l-ippjanar u l-implimentazzjoni ta’ dawn l-inizjattivi, u jista’ jiddelega kompiti speċifiċi lil membri individwali.

Pjan ta’ implimentazzjoni huwa mistenni li jiġi ffinalizzat fi żmien tliet xhur. 

Għal aktar tagħrif idħol fuq is-sit: https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-02/pope-establishes-a-commission-for-donations-to-the-holy-see.html

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading