Għalkemm il-ġisem dgħajjef, ma hemm xejn li jfixkilna li nħobbu

Daniel Borg jikteb dwar il-Messaġġ li tana l-Papa Franġisku għall-Angelus tat-Tieni Ħadd tar-Randan.

Minkejja li l-Papa għadu rikoverat l-Isptar xorta ppreparalna messaġġ għall-Angelus ta’ dan il-Ħadd u ma setax ma jagħtiniex riflessjoni fuq il-Vanġelu tal-lum li jitkellem mit-Trasfigurazzjoni tal-Mulej (Lq 9, 28-36). X’ħin Ġesu jidher mimli dawl quddiem Pietru, Ġakbu u Ġwanni, x’ħin tela’ fuq muntanja jitlob, hu wriehom li ħaġa waħda biss kienet iddawwal is-sinjali li kien jagħmel: id-dawl tal-imħabba infinita tiegħU.

B’riferenza għall-mument ta’ dgħufija tiegħu u tal-mard, il-Papa jgħid, li għalkemm il-ġisem tagħna jista’ jkun dgħajjef, ma hemm xejn li jfixkilna li nħobbu, nitolbu u nagħtu lilna nfusna bil-fidi, u għalhekk aħna stess nkunu sinjali li jdawlu lill-oħrajn bit-tama. Huwa jitlob ukoll għall-Knisja li ġiet mitluba biex fil-komunitajiet lokali jiġu tradotti f’ġesti konkreti dak li ħareġ mill-Assemblea Sinodali.

Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook:  https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid05PLKHrzma23qjp3KriPMuJ3AJzaNDdtkFTjpN58VL3GFx8UFTv6yTQJhekDVGs3gl

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading