L-Uffiċċju Stampa tal-Vatikan ħareġ ritratt ġdida tal-Papa Franġisku, l-ewwel wiehed mill-14 ta’ Frar, dakinhar li ddaħħal fil-Poliklinika Gemelli f’Ruma għal pnewmonja bilaterali.
Fir-ritratt, Il-Papa jidher waqt li jikkonċelebra l-Quddiesa fil-kappella fl-għaxar sular tal-isptar. Hawn is-suċċessur ta’ Pietru, ir-ragħaj li jġorr il-piż tal-Knisja fuq spallejh minkejja t-tbatija fiżika tiegħu.
Illum, aktar minn qatt qabel, aħna msejħin nitolbu għall-fejqan tiegħu, għall-għajnuna ta’ Alla fil-missjoni tiegħu, u għall-Knisja kollha. Is-saħħa tiegħu hija l-qawwa tagħna, u t-tbatija tiegħu hija t-tbatija tal-Ġisem kollu ta’ Kristu.
Aktar minn hawn … https://www.vaticannews.va/en/pope/news/2025-03/pope-concelebrates-mass-in-private-chapel-of-gemelli-hospital.html