Tluq tal-korteo funebri tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona

20/03/2025: It-tluq tal-korteo funebri tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. li jibda mill-Isptar Mater Dei għall‑Konkatidral ta’ San Ġwann, il‑Belt Valletta fl-3:45pm.

Il-korteo se jitmexxa minn Patri Michael Camilleri O.P., il-kappillan tal-parroċċa ta’ San Duminku l-Belt Valletta. Wara l-wasla tal-korteo funebri fl-Oratorju tal-Konkatidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Charles J. Scicluna se jmexxi l-Għasar tal-Mejtin li jibda fil-5pm.

Il-katavru tal-Arċisqof Emeritu Pawlu Cremona O.P. illum se jkun espost għall‑qima tal‑pubbliku sat‑8:30pm.

Il-korteo funebri llum se jixxandar fuq TVM.  

Agħfas hawn għad-dettalji.

Sors: www.knisja.mt

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading