IL-PATT  LI  ALLA  GĦAMEL  MA’  ABRAM

Kitba ta’ Edward Tagliaferro

Fil-Ktieb tal-Ġenesi  (15: 5-21) insibu:  U l-Mulej ħarġu barra u qallu: “Ħares sewwa lejn is-smewwiet u għodd il-kwiekeb, jekk għaandek ħila tgħoddhom.   Hekk għad ikun nislek.  …..  Jien il-Mulej … se nagħtik din l-art bħala wirt. “  U qallu Abram: “Sidi Mulej, kif inkun naf li niritha?”  U wieġbu: “Ħudli għoġla ta’ tliet snin, mogħża ta’ tliet snin, muntun ta’ tliet snin, gamiema u ħamiema.” U ħadlu dawn kollha, u qasamhom minn nofs, u kull nofs qiegħdu biswit l-ieħor; imma l-għasafar ma qasamhomx.  …..   Meta x-xemx kienet niżlet u kien dalam, kenur idaħħan u lsien nar iżiġġ qasmu minn bejn il-bċejjeċ tal-laħam.  Dakinhar il-Mulej għamel patt ma’ Abram u qallu: “Lil nislek nagħti din l-art, mix-xmara tal-Eġittu sax-xmara l-kbira, ix-xmara tal-Ewfrat.”   

Għalkemm Abram kien f’eta’ avvanzata, u martu Saraj kienet għada ma tatux tfal,  Alla wiegħdu li se jkun missier ta’ nazzjoni kbir.   Biex jurih li l-wegħda Tiegħu kienet se sseħħ tassew, il-Mulej, taħt forma ta’ “kenur idaħħan u lsien nar iżiġġ’ għadda minn bejn il-kuridur imdemmi ta’ bejn in-nofsijiet tal-annimali mejta.   Dana għamlu għax f’dawk iż-żminijiet din kienet l-użanza ta’, per eżempju, żewġ rejiet fi gwerra li jiddeċiedu li jagħmlu paċi:  kienu jagħmlu l-istess kif għamel Abram bl-annimali, imbagħad jgħaddu flimkien minn nofs tal-kuridur imdemmi tal-animali maqtula, fil-waqt li jwiegħdu solennement li jwettqu l-patt tal-paċi.   Kull wieħed minnhom jgħid ukoll:  “Jekk nikser dan il-patt, nirranni jiġrili kif ġralhom dawn l-annimali!”   U fil-mentalita’ semitika, din is-saħta kienu kemmnu bis=sħiħ fiha.

Alla stieden lil Abram biex jippreparalu din ix-xena, biex wara li tkun seħħet, kull min jisma’ biha jemmen li dan kien patt vera u wiegħda żgura.  

N. B.  Dan l-qari nsibuh fit-2 Ħadd Tar-Randan Sena Ċ … https://laikosblog.org/2024/07/21/qq_160325/

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading