Daħna sewda: Ma jinħatarx Papa mill-ewwel vot

08/05/2025: L-uniku sinjal ta’ komunikazzjoni mill-Kappella Sistina fejn għadha kif intemmet l-ewwel votazzjoni indika li għadu ma nħatarx il-Papa l-ġdid.

Mat-tokki tal-4:30pm, il-Kardinali eletturi nedew il-konklavi li permezz tiegħu se jkunu qed jeleġġu l-267 suċċessur ta’ Pietru. Sabiex wieħed jinħatar Papa, irid jikseb żewġ terzi tal-voti u li għaldaqstant irid ikollu iktar minn 88 vot.

Proprju fuq fomm in-nies fi Pjazza San Pietru dwew il-kelmiet “fumata nera” – is-sinjal li indika li ma jkunux intlaħqu ż-żewġ terzi tal-voti.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading