Mistagoġija tal-Quddiesa fil-Ħdud tal-Għid

Djoċesi ta’ Għawdex, Ħdud tal-Għid 2025.

Ara t-test kollu (pdf)

Il-mistagoġija hija mod kif in-Nisrani jiddaħħal iktar ’il ġew fil-misteru ċċelebrat; fost l oħrajn ifisser li wieħed ikun megħjun jagħraf fis-sinjali tal-Liturġija l-preżenza ħajja ta’ Kristu u l-għemil tiegħu li jsalva.

Ngħidu aħna, biex il-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika jfisser aħjar is-Sagrament tal Magħmudija, jaddotta l-metodu tal-mistagoġija u jfisser is-sinjali, il-ġesti u s-simboli li jintużaw fir-rit liturġiku, b’konvinzjoni li “t-tifsir u l-grazzja tas-sagrament tal-Magħmudija jidhru b’mod l-aktar ċar fir-riti taċ-ċelebrazzjoni” (n. 1234).

Dak li jingħad dwar ir-Rit tal-Magħmudija, jista’ jiġi applikat ukoll għall-Quddiesa: “L Insara jaslu biex jaraw l-għana kollu mfisser u mogħti minn dan is-sagrament lill imgħammdin ġodda, jekk jieħdu sehem attiv fiċ-ċelebrazzjoni u joqogħdu attenti għall ġesti li jsiru u għall-kliem li jingħad” (ibid.)

Bħala parti mill-Pjan Pastorali ta’ din is-sena, matul il-Ħdud tal-Għid se ssir mistagoġija tal-Quddiesa. Kull wieħed mill-Ħdud, kif inhu indikat f’dan is-sussidju, is-saċerdot hu mistieden ifisser il-kliem, il-ġesti u s-simboli ta’ parti mill-Quddiesa, u jgħin lin-nies jieħdu sehem fihom mhux biss esterjorment, imma fuq kollox interjorment, hekk li s sehem tagħhom ikun dejjem aktar veru u attiv.

L-IĠMR (Istituzzjoni Ġenerali tal-Missal Ruman) tindika li fl-omelija jsir it-tifsir ta’ xi aspett mill-Qari li jkun ixxandar “jew minn test ieħor tal-Ordinarju jew tal-Proprju tal Quddiesa tal-ġurnata; dan it-tifsir jingħata fid-dawl tal-misteru li jkun qiegħed jiġi ċċelebrat, jew skont il-bżonn pastorali tas-semmiegħa” (n. 41). Għaldaqstant, din il mistagoġija tista’ ssir fl-omelija nfisha – hija din ir-raġuni prinċipali għaliex f’dan is sussidju hemm xi ftit indikazzjonijiet dwar kif il-Qari jista’ jdawwal l-istess rit liturġiku li jkun se jiġi mfisser.

Ara t-test kollu (pdf)

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading