Il-Papa Ljun XIV fir-Regina Caeli fis-Solennità ta’ Għid il-Ħamsin.

IL-PAPA LJUN XIV
REGINA CAELI
FI TMIEM IL-QUDDIESA

Pjazza San Pietru
Il-Ħadd, 8 ta’ Ġunju, 2025

Qabel ma tintemm din iċ-ċelebrazzjoni, b’għożża nsellem lilkom ilkoll li ħadtu sehem u lil dawk magħqudin magħna permezz tal-mezzi tal-komunikazzjoni.

Irrodd ħajr lis-Sinjuri Kardinali u lill-Isqfijiet preżenti u lir-rappreżentanti tal-assoċjazzjonijiet u l-movimenti ekkleżjali u tal-komunitajiet ġodda.  Għeżież ħuti, bil-qawwa tal-Ispirtu s-Santu ibdew mill-ġdid, imġeddin minn dal-Ġublew tagħkom. Morru u wasslu lil kulħadd it-tama tal-Mulej Ġesù!

Fl-Italja u f’pajjiżi oħra dal-ġramet tiġi fi tmiemha s-sena skolastika.  Nixtieq insellem liż-żgħażagħ u lill-istudenti kollha flimkien mal-għalliema tagħhom, speċjalment l-istudenti li fil-ġranet li ġejjin se jersqu għall-eżamijiet ta’ tmiem il-kors ta’ studju.

U issa, bl-interċessjoni tal-Verġni Marija, ninvokaw lill-Ispirtu s-Santu biex itina d-don tal-paċi.  Qabel kollox il-paċi fil-qlub: hu biss fil-qalb paċifika li tista’ tisseddaq il-paċi, fil-familja, fis-soċjetà, fir-relazzjonijiet internazzjonali.  Jalla l-Ispirtu ta’ Kristu Rxoxt jiftaħ toroq ta’ rikonċiljazzjoni kullfejn hemm il-gwerra; idawwal lill-governanti u jtihom il-kuraġġ biex għemilhom ikun ta’ rikonċiljazzjoni u ta’ djalogu.

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading