Il-Fehma tal-Papa għax-Xahar ta’ Ġunju
Mulej, illum nersaq fi ħdan il-Qalb ħelwa tiegħek:
għandek fejn insib il-kliem li jkebbisli qalbi,
għandek li ssawwab ħnientek fuq iċ-ċkejkna u l-fqajra,
fuq dawk li qed ibatu u fuq il-miżerji kollha tal-bnedmin.
Nixtieq insir nafek iżjed, nikkontemplak fil-Vanġelu,
noqgħod miegħek u nitgħallem minnek
u mill-imħabba li biha ħallejt imisslek qalbek
kull xorta ta’ faqar.
Int urejtna l-imħabba tal-Missier billi ħabbejtna bla tarf
bil-qalb tiegħek, divina u umana.
Agħti lil uliedek kollha l-grazzja tal-laqgħa miegħek.
Ibdel, agħġen u ttrasforma l-pjanijiet tagħna,
biex nistgħu nfittxu biss lilek, f’kull ċirkustanza:
fit-talb, waqt ix-xogħol, fil-laqgħat u fir-rutina tal-ħajja ta’ kuljum.
Minn din il-laqgħa, ibgħatna f’missjoni:
missjoni ta’ ħniena għad-dinja,
fejn inti l-għajn li minnha jgelgel kull faraġ.
Amen.
Miġjuba għall-Malti minn Francesco Pio Attard
