Boroż ta’ studju mill-Arċidjoċesi ta’ Malta għal korsijiet fit-teoloġija u l-etika

14/07/2025: Il‑Fondazzjoni għall‑Istudji Teoloġiċi tal‑Arċidjoċesi ta’ Malta qed toffri għaxar boroż ta’ studju għal min jixtieq ikompli l‑istudji tiegħu f’suġġetti bħall‑etika professjonali, teoloġija u korsijiet f’oqsma pastorali offruti mill‑Fakultà tat‑Teoloġija.

Ritratt: Unsplash.com

Il‑boroż ta’ studju se jitqassmu skont tliet il‑kriterji: boroż ta’ €800 għal min japplika għad‑Diploma fl‑Istudji Reliġjużi jew fl‑Apprezzament tal‑Patrimonju Ekkleżjastiku; boroż ta’ €1,200 għal min japplika għad‑Diploma Post Graduate fil‑Psikoloġija Pastorali; u boroż ta’ €2,000 għal min japplika għall‑Baċellerat fl‑Arti (bl‑Unuri) fit‑Teoloġija jew għall‑Master fil‑Bioetika, fl‑Etika Ambjentali jew fit‑Teoloġija.

Il‑korsijiet huma fuq bażi part‑time u jsiru filgħaxija.

L‑applikazzjonijiet għall‑boroż ta’ studju jagħlqu fis‑6 ta’ Ottubru 2025.

Aktar dettalji dwar din l‑iskema u l‑korsijiet oħra se toffri l‑Fakultà tat‑Teoloġija minn Ottubru li ġej jinkisbu minn: um.edu.mt/theology/courses. Għal aktar informazzjoni ċempel fuq 23402767 jew ikteb lil theology@um.edu.mt.

Sors: www.knisja.mt
Ritratt: www.knisja.mt/ritratti

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading