Il-Fehma tal-Papa Ljun XIV għal Ġunju – Diċembru 2025.

Ġunju 2025
Biex id-Dinja Tikber fil-Mogħdrija …
Nitolbu biex kull persuna ssib faraġ fir-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù ħalli mill-Qalb tiegħu titgħallem turi mogħdrija ma’ kulħadd.

Lulju 2025
Għall-formazzjoni fid-Dixxerniment …
Nitolbu biex nitgħallmu niddixxernu, billi nagħrfu nagħżlu t-toroq li jagħtu l-ħajja u nwarrbu kull ma jbegħidna minn Kristu u l-Vanġelu.

Awwissu 2025
Sabiex ngħixu flimkien fis-Sliem …
Nitolbu għal dawk il-postijiet fejn in-nies isibuha diffiċli jgħixu flimkien biex ma jaqgħux għat-tentazzjoni tal-konfrontazzjoni minħabba diverġenzi etniċi, politiċi, reliġjużi jew ideoloġiċi.

Settembru 2025
Għar-relazzjoni mal-Ħolqien kollu …
Nitolbu biex bħal S. Franġisk, inħossu r-rabta li teżisti bejn il-ħlejjaq li lkoll huma maħbubin minn Alla u jixirqilhom kull għożża u rispett.

Ottubru 2025
Għall-kollaborazzjoni bejn tradizzjonijiet reliġjużi differenti …
Nitolbu ħalli dawk kollha li jħaddnu tradizzjonijiet reliġjużi differenti jaħdmu flimkien biex jiddefendu u jippromwovu l-paċi, il-ġustizzja u l-fraternità umana.

Novembru 2025
Għall-Prevenzjoni tas-Suwiċidju …
Nitolbu għal dawk li qed jitqabdu ma’ ħsibijiet ta’ suwiċidju biex isibu l-wens, l-assistenza u l-imħabba li jkollhom bżonn mill-komunità, u li jkunu miftuħin għas-sbuħija tal-ħajja.

Diċembru 2025
Għall-Insara li jinsabu f’inħawi ta’ konflitt …
Nitolbu għall-Insara li jgħixu f’inħawi ta’ gwerra u konflitt, l-aktar fil-Lvant Nofsani, biex ikunu żerriegħa ta’ paċi, rikonċiljazzjoni u tama.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading