Il-Fehma tal-Papa għal Ġunju 2025.

Biex id-Dinja Tikber fil-Mogħdrija

Nitolbu biex kull persuna ssib faraġ fir-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù ħalli mill-Qalb tiegħu titgħallem turi mogħdrija ma’ kulħadd.

Ejjew nitolbu biex kull persuna ssib faraġ fir-relazzjoni tagħha ma’ Ġesù ħalli mill-Qalb tiegħu titgħallem turi mogħdrija ma’ kulħadd.
(Leo XIV)

Mulej, jien illum ġejt infittex il-qalb ħanina Tiegħek,
ġejt għandek, għax kliemek iħeġġiġli qalbi,
ġejt għandek, għax tagħder liż-żgħar u lill-foqra,
lil dawk li jbatu, u lil dawk li għaddejjin mill-miżerja.

Nixtieq li nsir nafek iktar, li nikkontemplak fl-Evanġelju,
li nkun Miegħek u nitgħallem Minnek
u mis-sens karitattiv li kien jidher fik
meta kont tmiss ma’ kull forma ta’ faqar.

Inti wrejtna l-imħabba tal-Missier billi ħabbejtna bla qies,
bil-Qalb divina u umana Tiegħek.

Agħti lil uliedek il-grazzja li jiltaqgħu Miegħek.
Ibdel, ifforma u ttrasforma l-pjanijiet tagħna
sabiex infittxu lilek biss f’kull ċirkustanza:
fit-talb, waqt ix-xogħol, ma’ kull min niltaqgħu, u fir-rutina tagħna ta’ kuljum.

Minn din il-laqgħa miegħek, ibgħatna fuq missjoni,
biex inwasslu s-sens ta’ mogħdrija lid-dinja,
Int li int is-sors minn fejn toħroġ kull konsolazzjoni.

Ammen.


Sfidi ta’ Żminijietna fit-Talb …
Current Issues in Prayer …
Adorazzjoni skont il-Fehma tal-Papa …
Poster bil-Malti …
Poster in English …

Ara aktar mill-Papa Ljun XIV … https://www.laikos.org/lxiv.htm

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading