Parti mill-ħidma tal-Uffiċċju Djakonija tad-Djoċesi ta’ Għawdex hi li jissensibilizza l-komunità Nisranija favur istituzzjonijiet li jaħdmu ma’ persuni vulnerabbli jew jiddependu ħafna mid-donazzjonijiet għall-ħidma tagħhom.
Barra minn hekk, l-istess Uffiċċju jara li meta jkun hemm emerġenzi internazzjonali, bħal fil-każ ta’ diżastri naturali jew kriżijiet umanitarji, il-komunità Nisranija twieġeb b’ġenerożità għall-għajnuna li tkun qed tintalab.
Matul is-sena 2024, id-Djoċesi ta’ Għawdex ġabret u qassmet €107,031.45 f’għajnuna lil istituzzjonijiet lokali, grazzi għall-ġenerożità tal-poplu Għawdxi.
L-għotjiet miġbura tqassmu hekk:
| Data | Destinazzjoni | Ammont (€) |
| 01/01/2024 | Dar tal-Providenza | 40,000.00 |
| 24-25/02/2024 | Obolo ta’ San Pietru | 15,000.00 |
| 28/03/2024 | Fondo Clero (Ħamis ix-Xirka) | 12,580.88 |
| 06/2024 | Dar Arka | 12,000.00 |
| 19-20/10/2024 | Jum il-Karità (Caritas djoċesana) | 27,450.57 |
| TOTAL | €107,031.45 | |
Barra minn dawn, kien hemm ġabriet oħra li, bil-permess tad-Djoċesi, saru minn entitajiet oħra (fosthom is-Seminarju Maġġuri u Missio Malta), u li ċ-ċifri tagħhom ma humiex inklużi f’din il-lista.
