V … Il-Kelma t’Alla twissina biex inżommu postna quddiem Alla u bejnietna. Induru lejn il-Missier ta’ mħabba bla tarf biex jagħti widen għat-talbiet li se nagħmlulu bħala wliedu li nemmnu fil-qawwa tiegħu.
1. Għall-Knisja biex bil-ħidma tagħha turi lill-bnedmin min inti tassew u x’valur għandu l-bniedem quddiemek. Nitolbu
2. Għall-mexxejja tal-ġnus biex iżommu f’moħħhom li l-awtorità mhix mogħtija lilhom biex ikunu moqdija iżda biex jaqdu lil dawk li huma fdati f’idejhom. Nitolbu
3. Għal dawk li huma mkabbrin għax jaħsbu li huma aqwa minn ħaddieħor, biex jagħrfu li l-kobor tal-bniedem jinsab fid-dinjità li jsebbħu biha l-Ħallieq. Nitolbu
4. Għalina, biex napprezzaw iżjed ix-xbieha li fuqha aħna maħluqa u l-ħajja l-ġdida mogħtija lilna minn Ibnek Ġesù. Nitolbu
V … Ilqa’ Missier dawn it-talbiet tagħna u agħtina kull ma hu ta’ għajnuna għalina biex b’umiltà kbira nitħabtu ħa ngħixu r-rieda tiegħek. Bi Kristu Sidna.