F’messaġġ lill-istudenti u l-edukaturi kollha, l-Arċisqof Charles Scicluna jawgura li din is-sena tkun sena akkademika mimlija ħidma rżina u tieqa favur il-formazzjoni ħolistika tat-tfal u ż-żgħażagħ tagħna għaliex bħalma jgħid San Ġorġ Preca, “l-edukazzjoni hi l-għajn ta’ kull ġid”.
L-Arċisqof fakkar li “it-tagħlim jiġi minn sistema edukattiva inklussiva, ħolistika u li tippromwovi wkoll il-valuri sani u għandha wkoll spazju għad-dixxipplina u r-responsabbiltà imma wkoll għall-kompassjoni fil-konfront tal-vulnerabbli”. Aktar tagħrif dwar il-bidu ta’ sena skolastika fl-Iskejjel tal-Knisja – https://knisja.mt/skejjel-tal-knisja2…
Sors: www.knisja.mt