Minn Daniel Borg dwar kliem il-Papa waqt l-Angelus
Illum fis-Solennita’ tal-Bażilika tal-Lateran, il-Papa jirrifletti fuq il-Knisja. Il-Knisja tmur lil hinn minn binja magħmula mill-ġebel. U l-episodju tal-Vanġelu tal-lum (Ġw 2,13-22), x’ħin Ġesu jkeċċi l-bejjiegħa mit-tempju, jurina li s-santwarju veru ta’ Alla hu Ġesu’ li miet u rxoxta.
Ġesu’ hu l-uniku medjatur tas-salvazzjoni tagħna. Hu l-uniku feddej, dak li x’ħin ingħaqad mal-umanita’ tagħna, bidilha b’imħabbtU. Huwa l-Bieb (Ġw 10,9) li jinfetaħ biex jeħodna għand il-Missier. Huwa magħqudin miegħu, li nsiru ġebel ħaj ta’ din il-Binja Spiritwali ( 1 Pt 2, 4-5). U huwa bħala membri ħajjin li aħna msejħa nxandru l-Vanġelu, l-ħniena, u l-paċi. U l-Papa jgħidilna li hi f’din id-direzzjoni li rridu nkabbru qalbna. Ħafna drabi d-dgħjufija u l-iżbalji tal-insara, flimkien ma’ ħafna preġudizzji oħrajn, ma jħalluniex nifhmuis-sbuħija u l-profondita’ ta’ din is-sejħa.
Tista’ tara dan il-ħsieb ukoll fuq din il-ħolqa ta’ facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid02t7jUeGeTqM2HVcSeiREM19tGfMTxJr5dZNzX2Hg124SsMGetojvrKYFtKnGj7WjXl