V … Il-Missier fl-imħabba tiegħu lejna, ried li Ibnu jingħata kollu kemm hu għalina u f’mewtu sar is-Sultan tal-Ħolqien kollu. Ejjew nitolbu lill-Missier sabiex jagħtina dak li jagħmilna tassew ulied hienja tiegħu.
1. Għall-Papa u għall-Isqfijiet kollha biex b’fedeltà jxandru dejjem il-kobor tal-ħniena u l-imħabba tiegħek fost il-ġnus. Nitolbu
2. Għal dawk li għandhom is-setgħa fuq il-ġnus, biex bl-istess umiltà ta’ Kristu Ibnek, ikunu dejjem lesti jaqdu lil dawk afdati f’idejhom. Nitolbu
3. Għal dawk li huma mġarrbin bit-tbatija, biex magħqudin ma’ Ibnek fuq is-Salib ikunu huma wkoll għajn ta’ fidwa għall-bnedmin kollha. Nitolbu
4. Għalina lkoll miġbura f’ismek, waqt li nitolbuk biex tiftakar fina u fl-għeżież tagħna. Nitolbu
V … Missier, isma’ talbna u għinna nibnu fostna s-Saltna tiegħek li hija Saltna ta’ mħabba, għaqda, ġustizzja u sliem. Bi Kristu Sidna. Ammen