Inħejju ruħna għal-għaxar sigrieti. Minn Patri Juan De Bono ocd

F’dan l-ewwel Ħadd tal-Avvent, Ġesu’ qiegħed ikellimna fuq il-ġrajja ta’ Noe’.

Forsi xi wħud jaħsbu li din hija xi ġrajja ivvintata li nsibu fil-Bibbja, imma anki l-istess storiċi jikkonfernmaw li fl-istorja kien seħħ dulluvju li għarraq parti kbira mid-dinja magħrufa ta’ dak iż-żmien.

Alla kien avża lil-bniedem li JEKK MA JISMAX IL-KELMA TIEGĦU, IL-BNIEDEM KIEN SE JINQERED.

NOE’ U L-FAMILJA TIEGĦU SEMGĦU L-KELMA TA’ ALLA, U BNEW ARKA.

KULĦADD DAĦAQ BIHOM.

IMMA D-DULLUVJU VERA WASAL.

U ANKI LLUM, IL-MADONNA PERMEZZ TAD-DEHRIET TAGĦHA ĠEWWA FATIMA U GĦAL DAWN L-AĦĦAR 44 SENA ĠEWWA MEDJUGORJE QIEGĦDHA TWISSINA DWAR IL-ĦTIEĠA LI NĦEJJU RUĦNA GĦAŻ-ŻMIEN TAS-SIGRIETI.

IVA SEWWA SMAJTU.

Marija ġewwa Fatima u issa ġewwa Medjugorje qiegħdha tgħidilna li se jaslu fuq id-dinja u fuq il-Knisja għaxar sigrieti li bħal pjagi tal-Eġittu se jwasslu biex min ma jismax il-kelma ta’ Alla jinqered.

Tgħiduli u iva meta jasal il-waqt imbagħad naraw……..

IT-TWEĠIBA GĦAS-SEJĦA TA’ ALLA TRID ISSIR ILLUM.

Meta ġiet ix-xita, dawk li kienu jgħixu ma’ Noe’ ma kellhomx ċans jibnu biċċiet tal-baħar biex isalvaw, lanqas setgħu jitilgħu fuq siġar għoljin, għax dawn ukoll tgħattew bl-ilma.

Marija dehret ġewwa Kappella ċkejkna ġewwa Rue de Bac (Pariġi) fl-1830, u hemm talbet lil Santa Katerina Labouré biex jiġu stampati midalji u jitqassmu bil-kitba ‘Oh Marija li dħalt fid-dinja mingħajr tebgħa aqlagħlna l-grazzja li noħorġu minnha mingħajr ħtija’.

Imbagħad il-Papa Piju IX fl-1854 iddikjara li Marija ġiet imnissla mingħajr tebgħa tad-dnub.

Erbgħa snin wara, il-Madonna nnifisha dehret lil Santa Bernardette, u hija nnifisha kkonfermat din id-dikjarazjoni li kien għamel il-Papa Piju IX erbgħa snin qabel.

Fl-1917 il-Madonna dehret ġewwa Fatima u tat lil-Swor Luċija, lil San Franġsiku u lil Santa Ġjaċinta, it-tliet sigrieti, u t-tielet wieħed għadu ma ġiex mħabbar fit-totalita’ kollha tiegħu.

Issa f’dawn id-dehriet ġewwa Medjugorju, il-Madonna qiegħdha tkompli dak li bdiet Fatima.

Tgħiduli imma jiena ma nemminx………

No worry.

Anki dawk li kienu jgħixu fi żmien Noe’ ma emmnux, imma d-dullivju xorta wasal.

Mhux int taf!!!!!!!

Dawn l-affarijiet ma tantx jaqbel li wieħed jew waħda jilgħab magħhom.

MARIJA TRIDNA TAĦT IL-MANT TAGĦHA BIEX META TIĠI L-MEWĠA LILNA TKUN TISTA’ TKENNINA MINNHA, U AĦNA NSALVAW BĦALMA SALVA NOE’.

Il-Madonna qiegħdha titkellem fuq GĦAXAR SIGRIET.

L-ewwel tliet sigrieti jirrigwardaw Medjugorje nnifisha.

It-tielet sigriet se jħalli sinjal li jibqa’ anki wara li jseħħ fuq il-muntanja Krisevak, li tinsab qrib ta’ Medjugorje.

Is-sebgħa sigrieti l-oħra se jseħħu x’imkien ieħor, b’ċans kbir li dawn iseħħu fl-Ewropa. Ma ninsewx li sa mid-dehriet ta’ Fatima, il-Madonna dejjem talbet biex nitolbu u nagħmlu penitenza biex ir-Russja tikkonverti.

Jistgħu jkunu pprovokati mil-bniedem innifsu, bħalma huma l-gwerrer.

Li hu tajjeb hu li l-Madonna se tħabbarhom permezz ta’ saċerdot (jista’ jkun l-istess Papa) tliet ijiem qabel ma jseħħu, biex min qiegħed iħejji ruħu għalihom, bħalma qegħdin nagħmlu aħna (almenu hekk nittama), jilħaq jieħu deċiżjonijiet li jsalvawlu ħajtu.

Ibqa’ żgur li meta jaslu, l-maġġoranza tal-bnedmin, u iva anki eluf ta’ saċerdoti u lajċi mpenjati se jiddieħku b’dawk li se jidħlu f’din l-arka tal-kenn li hija Marija. Forsi int stess wieħed jew waħda minn dawn ix-xettiċi li bħal poplu qiegħed jew qiegħdha tidħaq b’dawn is-sigrieti.

Marija mhux għajjat u storbju trid.

Anzi minn tassew iħobb mhux se ssibu jgħajjat.

L-IMĦABBA MA TAGĦMILX STORBJU.

MIN IĦOBB LA JTELLGĦA FUQ FB LI JĦOBB U LANQAS JAGĦMEL ĦAFNA STORBJU GĦAX L-IMĦABBA FIHA NNIFIHA HIJA INTIMITA’ BEJN ŻEWĠ PERSUNI LI TIPRREFERI POST IMWARRAB ‘L BOGĦOD MINN GĦAJNEJN KURJUŻI.

IL-MADONNA TRID BISSSSSS ERWIEĦ TASSEW MARJANI LI JIKKOMUNIKAW MAGĦHA BIT-TALB.

Nitolbu ‘l Alla biex itina din il-grazzja li nibqgħu dejjem taħt il-mant ta’ Marija.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading