Mija u sitta u erbgħin elf u mitt jum … 146,100
Tgħiduli x’inhu dan in-numru ?
X’jirrapreżenta ?
Dan in-numru jirrapreżenta l-jiem li l-patrijiet Tereżjani ilna Malta, li ilna f’dan il-kunvent.
Iva kien eżattament 400 sena ilu, f’dawn il-jiem ta’ Diċembru tal-1625, li l-ewwel patrijiet waslu Malta u waqfu dan il-kunvent.
Għall-ewwel ftit ġimgħat, dawn il-patrijiet Tereżjani, kienu jgħixu fil-kunvent tal-Patrijiet Karmelitani ġewwa l-Belt Valletta, imma sa Jannar tal-1626, l-ewwel Kappella ċkejkna kienet ġa nbniet, u l-istess parti ċkejkna mil-kunvent attwali, u l-patrijeit setgħu jiġu jibdew jgħixu hawnhekk.
146,100 jum li l-patrijiet ilhom f’dan il-kunvent.
Erbgħa mitt sena ta’ patrijiet f’dan il-kunvent
Waqt li lbieraħ fil-għaxija kont qiegħed nagħlaq il-bieb tal-Knisja bil-muftieħ antik, ma stajtx ma nġibx quddiem għajnejja lista twila ta’ patrijiet li kulljum, ġurnata wara l-oħra, sija meta kienet ix-xita, u sija f’ġranet li fihom kienet xemx taqli l-ankri, f’jiem meta jiġu ħafna nies il-knisja, u f’oħrajn li fihom ma jiġi ħadd, dawn il-patrijiet twajba għalqu dan il-bieb tal-Knisja u telgħu t-taraġ għall-ewwel wieqaf, u mbagħad dak aktar riposat, biex fis-skiet immorru jinġabru fil-kamra, jew kif insejħulha aħna bil-lingwaġġ reliġjuż, fiċ-ċella.
Imma wara li għalaqt il-Knisja lbieraħ, f’dlam ċappa (għax kont ġa tfejt) u fi skiet li taqtgħu b’sikkina, nilmaħ id-dawl inemmen ta’ xemgħa fil-lampier.

Torqod taħt l-istess saqaf tas-Sinjur Alla
U ġieni f’moħħi X-XORTI KBIRA li l-Mulej għoġbu jżejjinna biha lilna l-patrijiet, li nistgħu norqdu u ngħixu taħt l-istess saqaf tas-Sinjur Alla, tal-Ħallieq tas-Sema u tal-art, ta’ Alla magħmul bniedem għalina.
Tafu intom li lanqas kardinal/isqof/saċerdot ma jistgħu jkollhom is-Sagrament id-dar fejn jgħixu, imma kull fejn hemm komunita’ reliġjuża li tgħix, għandna din ix-xorti kbira li jkollna s-Sagrament ?
Il-bieb tal-Knisja ngħalaq, il-bieb tal-Kunvent l-istess, u issa, li min hu barra barra u min hu ġewwa ġewwa, aħna l-patrijiet għaddejna dan il-lejl fil-kumpanija ta’ Ġesu’.
OHHHHH X’XORTI !!!!!!!!!!!!!!
Din l-ideja BISS ukoll missa twassal lil mijiet ta’ żgħażagħ biex jikkwuwjaw biex jitolbu li jidħlu patrijiet.

Tagħti ħajtek għal ‘dan il-bniedem’
Nhar is-Sibt li għadda smajt intervista fuq Campus Fm lil saret lil P. Marcellino Micallef OFM, u l-preżentatur saqsieh: “inti tajt ruħek kompletament għal dan il-bniedem li inti qatt ma ltqajt miegħu fiżikament, naħseb jiena hux hekk, mhux qiegħed inkun….. imma jiġifieri Kristu, dan għix elfejn sena ilu, pero’ int tant affaxinnakt dan il-bniedem, tant affaxxinak x’qal, illi ma kontx kuntent taqra fuqu, kif għamilt jiena, jew qrajt il-Vanġelu, jew qrajt il-kotba l-oħrajn, l-apokrifi jew x’għidulhom, biex, imma int għidt isma le, jiena dan se jkun il-focus tiegħi, dan il-bniedem, dan il-personaġġ, minn fejn ġejja din, jiġifieri għax li tagħti ħajtek anki għal-persuna li qiegħed tara, im-mara tiegħek, ir-raġel tiegħek, il-familja ġa hija ħafna, imma li qiegħed tagħti ħajtek għal persuna li għex elfejn sena qabel qabel ma twelidt int, kultamt narah bir-rispett qiegħed ngħid biex nipprova nifhem, huwa kważi ġenn, its a risk” .

‘Dan’ il-bniedem HUWA ALLA
L-aħwa ‘dan’ il-bniedem, HUWA L-IBEN TA’ ALLA.
‘Dan il-bniedem’, ma ssirx taf dwaru għax taqra l-Vanġelu, jew l-Apokrifi, imma ‘dan’ il-bniedem issir tafu meta TIFTAĦ QALBEK GĦALIH, meta l-Vanġelu ma taqrahx bħal kull ktieb ieħor, imma meta dan il-ktieb taqrah bħala kitba li ġiet miktuba minn kittieba li emmnu u ġew ispirati mill-Ispirtu s-Santu biex jiktbu.
Nifhem illi li tiftaħ qalbek għal Ġesu’ huwa Don, hija Grazzja, imma konvint ukoll li LIL KULL PERSUNA ALLA JTIHA DAN ID-DON, għax TASSEW “MINGĦAJRI MA TISTGĦU TAGĦMLU XEJN”.
Il-veru għerf
‘L-għorrief’ tad-dinja, huma dawk li jaħsbu li jkunu skoprew ħwejjeġ kbar, jew ikollhom il-grazzja li s-soċjeta’ ċeditielhom il-ħin biex jgħaddu s-snin fuq il-kotba, imma L-AKBAR U (GĦALIJA TO BE HONEST) L-UNIKA GĦORRIEF, HUMA DAWK LI GĦAL KWIET TAĦT SIĠRA, JEW WAQT LI JKUNU BILQIEGĦDHA QUDDIEM IL-BAĦAR JISKOPRU L-OVVJU, JIĠIFIERI LI HUMA MAĦLUQA U LI HEMM ĦALLIEQ.
Newton skopra li teżisti l-gravita’ meta tuffieħa waqgħet fuq rasu, INT TISKOPRI LI INT MAĦLUQ, U LI HEMM ĦALLIEQ META TISKOPRI LI INT FRAĠLI, LI INT DGĦAJJEF, LI ĦAJTEK HIJA KONTINWAMENT IMDENDLA MINN ĦAJTA RQIQA U LI HEMM ĦALLIEQ LI ĦOLOQ DAK KOLLU LI NARAW BIEX INT TKUN KOMNDU, LI QIEGĦED ITIK IŻ-ŻMIEN BIEX INT TITQADDES, U LI ĠURNATA SE JKUN QIEGĦED JISTENNIEK BIEX TINGĦAQAD U TGĦUM GĦALL-ETERNITA’ FIL-ĠUF TRINITARJU LI MINNU INTI ĦRIĠT.
Lejl ieħor għadda
Issa int, irqadt dan il-lejl, sew…… waqt li kont rieqed fil-fond u forsi ħlomnt kemm inti bravu u li bħalek ma hawnx…. intbaħt li s-Sinjur Alla kien qiegħed jagħmilha possibli li qalbek tkompli tħabbat taħbita wara l-oħra għal lejl sħiħ ?
Int li qiegħed tixrob issa tazza kafe’, qiegħed iġġib quddiem għajnejk dak il-povru bidwi li minn jaf fejn, xemx jew xita, ġabar dawk il-kafeni kollha, tefgħahom f’barżakka, ġarrhom fuq spalltu, u biegħhom għal ftiti muniti li bil-kemm jixtrulu kisra ħobż? Int waqt li qiegħed tixrob kikkra kafe’ qiegħed taħseb f’dak il-povru fqajjar li għamilha possibli għalik biex tixrob tazza kafe’? Qiegħed taħseb f’dak il-ħaddiem li kellu joqgħod ‘il bogħod minn martu u familtu biex bħalissa għandna d-dawl ? Qiegħed taħseb f’dak il-pilota tal-bastiment f’nofs ta’ baħar imqalleb li qiegħed iġib l-LNG biex jista’ jkollna d-dawl ? Jew int wieħed minn dawk li d-dinja tibda minnek u tispiċċa fik ?
Il-veru għerf
Din hija l-problema tas-soċjeta’ tallum li mtlejna bl-għorrief, bil-professuri, bil-gradwati, u NAQSU DAWK LI JĦARSU ‘L FUQ LEJN DAK LI BIL-ĦARSA TIEGĦU JGĦALLIMNA DAK LI FL-EBDA UNIVERSITA’ MA NISTGĦU NITGĦALLMU.
Meta missirijietna bnew it-tempji megalittiċi, l-Universita’ ta’ Malta kienet għadha ma nbnietx, to be fair ma kien għadu nbena xejn, missirijietna kienu għadhom jgħixu fl-għerien, bl-arja kiesħa ġejja minn kullimkien, u b’danakollu DAWN IL-PRIMITTIVI KIENU AKTAR GĦORRIEF minn dawk li jaħsbu li huma għorrief illum, għax SKOPREW DAK LI HU OVVJU, LI HUMA MAĦLUQA U LI HEMM ĦALLIEQ.
Dan bażiku tafx…… Mhux qiegħed ngħid affarijiet ta’ barra minn hawn….
Jekk int tmur id-dar u ssib borma sħuna, mhux għax xi ħadd ikun ħa l-intriegu u sajjar dik il-borma?
Int bl-għerf tiegħek taħseb li dik il-borma ġiet hemm b’xi magic ?
U allura int jekk tħares lejn mera, taħseb li ommok u missierek BISS ġabuk fid-dinja ?
U int taħseb li qalbek qiegħdha tħabbat għax hekk xogħolha ?
U MIN GĦAMEL IL-QALB ? MIN GĦAMEL IL-ĠISEM ? MIN GĦAMEL LI KOLLOX JIMXI ARLOĠĠ SVIZZERU ?
Il-vera għorrief
Naffaxxina ruħi naqra l-kitbiet tal-Qaddisin, il-kitbiet tal-Mistiċi, li ntrefgħu ‘l fuq ‘l fuq fil-ħsieb, għax bla ma għamlu mistoqsijiet kbar, AFDAW LIL ALLA U DAN TELLAGĦHOM ‘IL FUQ ‘L FUQ.
O l-aħwa, kemm kellu raġun Ġesu’ li jirringrazzja lil Missier, li ‘dawn il-ħwejjeġ int urejthom liċ-ċkejknin u ħbejthom lil min hu għaref’.
U kemm tassew, dawn iċ-ċkejknin għandhom l-obbligu għalhekk li ‘jkunu id-dawl tad-dinja u l-melħ li jagħti togħma lill ikel’.
Illum għal bosta, is-social media, l-influencers, il-podcasters, il-flus, id-droga, is-safar, il-karozza huma l-għajn li minnha jfittxu s-sens għal ħajjithom, insomma jfittxi f’għadira ċkejkna li tinġabar fil-ġemb tat-triq, l-għajn li jixorbu minnha.
Pietru lil Ġesu’ qallu, INT BISS GĦANDEK IL-KlIEM TAL-ĦAJJA TA’ DEJJEM.
Jiena bħala patri għalhekk qiegħed hawn GĦAX ‘DAN IL-BNIEDEM’ mhux biss bniedem li għex elfejn sena ilu, imma HUWA ALLA.