V … Fil-bidu ta’ din is-sena, bil-ħarsa tagħna fuq Marija, Omm Alla u Omm tagħna, inressqu lejn il-Mulej it-talbiet tagħna bl-interċessjoni tagħha:
1. Mulej, nafdaw fi ħdanek il-Knisja tiegħek: agħtiha li, fuq l-eżempju ta’ Ommok Marija, tkun hi wkoll omm li turi dejjem l-imħabba u l-ħniena tiegħek ma’ kulħadd. Nitolbu
2. F’dan il-jum li fih infakkru wkoll Jum il-Paċi, nafdawlek, Mulej, il-mexxejja tal-popli: bl-interċessjoni ta’ Marija, Sultana tal-Paċi, għinhom jaħdmu mhux għall-poter imma għall-paċi u l-ġustizzja. Nitolbu
3. Mulej, int għażilt lir-ragħajja, li kienu mill-aktar emarġinati fis-soċjetà, biex ikunu huma l-ewwel li jirċievu l-aħbar tat-twelid ta’ Ibnek. Nafdawlek l-emarġinati fis-soċjetà ta’ żmienna: agħtihom li huma wkoll iħossuk qrib tagħhom billi jsibu min jagħtihom lura d-dinjità tagħhom. Nitolbu
4. Inpoġġu quddiemek lilna nfusna, Mulej: agħtina l-grazzja li, bħal Marija, Omm tiegħek u tagħna, aħna dejjem nagħrfu u ngħożżu f’qalbna l-għeġubijiet kollha li inti tagħmel magħna fl-ordinarjetà tal-ħajja tagħna. Nitolbu
V … Berikna, Mulej: ixħet fuqna d-dija ta’ wiċċek kif ħarist lejn Ommok Marija, u uri l-ħniena tiegħek billi tilqa’ dan it-talb li bil-ħerqa qed nagħmlulek. Bi Kristu Sidna.