Talb tal-interċessjoni fil-Quddiesa. Il-Magħmudija tal-Mulej

V …  Fil-Magħmudija ta’ Ġesù, il-Missier tkellem u wriena li permezz ta’ Ibnu li ġie fid-dinja, Huwa qrib ħafna tagħna. B’din il-fiduċja f’qalbna, inressqulu t-talbiet tagħna.

1. Kun mal-Knisja tiegħek, Mulej, biex bit-tagħlim u bl-eżempju tagħha, tgħin lid-dinja tagħraf lil Kristu bħala Ibnek l-għażiż. Nitolbu

2. Dawwal il-mexxejja tal-popli biex jagħrfu li l-ġustizzja vera mhix dik mibnija fuq il-poter, imma fuq il-ħarsien tal-liġi tiegħek. Nitolbu

3. Kun ma’ dawk kollha li qed jitħejjew biex jirċievu l-Magħmudija, biex jiftħu qalbhom beraħ għall-grazzji li inti se ssawwab fuqhom permezz ta’ dan is-Sagrament. Nitolbu

4. Għallimna bħal San Ġwann Battista nagħrfu nżommu postna, inpoġġu lil Ibnek Ġesù dejjem fl-ewwel post, u nkunu lesti nagħmlu dak li Hu jixtieq minna. Nitolbu

V …  Missier Qaddis, ilqa’ dawn it-talbiet tagħna li qed noffrulek minn idejn Ibnek l-għażiż, li jgħix u jsaltan għal dejjem ta’ dejjem

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading