Ħsieb ta’ Daniel Borg dwar il-messaġġ tal-Papa Ljun XIV waqt Angelus fit-3 Ħadd matul is-Sena A
Illum il-Papa fl-Angelus jagħtina perspettiva kompletament differenti lejn il-Vanġelu (Mt 4:12-23) tal-lum, li jkellimna dwar il-predikazzjoni tiegħu fil-Galilija u s-sejħa tal-appostli Pietru, Indri, Ġakbu, u Ġwanni. Infatti l-Vanġelu tal-lum jgħidilna li Ġesu mar il-Galilija wara li sema’ li kienu arrestaw lil Ġwanni l-Battista.
Żgur ma kienx żmien tajjeb biex jibda l-predikazzjoni! Ġesu seta’ joqgħod attent li ma jisfax arrestat Hu ukoll. Madanakollu hu jiddeċiedi li jibda jxandar l-aħbar it-tajba. U l-Papa jgħidilna li min jaf kemm il-darba nħossu kemm fil-ħajja personali u dik tal-Knisja, li ma huwiex żmien tajjeb biex inħabbru l-Vanġelu, nieħdu deċisjoni, nagħmlu għażla jew inbiddlu sitwazzjoni. Ir-riskju huwa li f’dawn is-sitwazzjonijiet nibqgħu imblukkati f’sitwazzjoni fejn minħabba l-prudenza żejda ma nieħdux deċisjonijiet. U l-Papa jgħidilna li Ġesu’ jitlobna “ir-riskju tal-fiduċja”. Alla qed jaħdem f’kull żmien, u kull ħin huwa tajjeb għall-Mulej, anke jekk aħna ma nħossuniex lesti, jew is-sitwazzjoni li ninsabu fiha mhix waħda tajba. Il-fiduċja kollox!
Tista’ tara wkoll dan il-ħsieb fuq din il-ħolqa ta’facebook: https://www.facebook.com/daniel.borg.75/posts/pfbid03174AcMiNeiyT4DwrjGRuaCnLURwWVgTbANQyjnHkHC5rNGDqVrWkVqH4CxFJWjuAl