Is-Seba’ simboli tal-passjoni ta’ Ġesù

Introduzzjoni:
Dan huwa mument li fih is-soltu mmorru nżuru lil Ġesù f’seba’ postijiet differenti u kull darba nagħmlu riflessjoni u ninvistaw lil Ġesù. Illum lil Ġesù ma nistgħux inżuruh imma ser nagħmlu meditazzjoni dwar 7 simboli differenti li lkoll ifakkruna fil-ġrajja tal-passjoni, l-mewt u l-qawmien ta’ Ġesù.
Modalità:
Wara kull riflessjoni li tinqara minn Animatur differenti, tingħad Missierna, Sliema u Glorja.

L-EWWEL RIFLESSJONI
Is-Serduk

Is-serduk huwa dak l-annimal li ħafna drabi nabbinawh mal-ħin bħallikieku kien xi alarm clock. Nafu li ħafna drabi n-nies kienu jżommuh bħala dak l-annimal li jħabbar li ser jibda jum ġdid għax malli jara jibda jfeġġ id-dawl ta’ ġurnata ġdida, tisimgħu jibda jidden.

Fil-passjoni ta’ Ġesù s-serduk ifakkarna fiċ-ċaħda ta’ Pietru. Kien Pietru li fl-aħħar ċena qabeż u qal li kien ser jibqa’ ma’ Ġesù sal-aħħar anke jekk hemm bżonn imut miegħu. Iżda Ġesù jurih biċ-ċar li kien se jkun diffiċli għalih li jibqa’ miegħu sal-aħħar. Infatti jgħidlu li x’ħin jisma’ s-serduk jidden, ikun ġa ċaħdu tlett darbiet. Mela s-serduk din id-darba ma jħabbarx li ser jibda jum ieħor, iżda jħabbar li Pietru kien ċaħad lil Ġesù tlett darbiet.
Pietru li kien iħobb tant lil Ġesù, li kien saħansitra iddeskrivieh bħala l-Messija: dak li kellu jsalva lil- lhud, issa jmiss il-qiegħ u jiċħad lil Ġesù diversi drabi.

Aħna wkoll xi drabi nsibu ruħna fl-istess sitwazzjoni:
• Kemm-il darba jkollna ċans nuru li aħna ta’ Ġesù u noqgħodu lura, sempliċament għax nistħu?
• Kemm-il darba ma kkoriġejniex lil min jidgħi?
• Kemm il-darba ma tajniex parir għax nibżgħu li jgħajruna qaddisin?
• Kemm il-darba komplejna mal-ħażin ħalli ma jindunawx li aħna għandna opinjoni differenti?

Jien u int nagħmlu bħal Pietru: nibżgħu minn dellna u noqgħodu lura milli niddefendu lil Ġesù. Mhux għax Ġesù għandu bżonna, imma għax aħna għandna bżonnu.

Nitolbu: Mulej għinna napprezzaw il-ħbiberija tagħna miegħek u agħtina l-grazzja li ma nitbiegħdu
qatt minnek. Ammen.

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.

Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.
Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

IT-TIENI RIFLESSJONI
It-Tletin biċċa tal-fidda

Il-flus jagħmu lil kulħadd. Araw kif ħajjitna kollha naduraw il-flus, naħdmu biex naqilgħu l-flus, nieħdu gost inberbqu l-flus u allaħares xi ħadd jeħdilna xi 1 euro. Il-flus kollox għalina. Illum li ninsabu maqfulin minħabba l-virus, qegħdin nindunaw li l-aktar ħaġa importanti hija l-ħajja, is- saħħa, il-familja, l-imħabba u l-ħbiberiji u mhux il-flus.

Milli jidher il-flus kienu jagħmu wkoll lil Ġuda. Ġuda kien jieħu ħsieb il-kaxxa tal-appostli u San Ġwann jgħidilna li kien ħalliel. Għalih il-flus kienu jiġu qabel kollox, saħansitra qabel il-ħbiberiji. Infatti ftit ġranet qabel ma ttradixxa lil Ġesù huwa mar quddiem l-għedewwa ta’ Ġesù u saqsihom kemm ser jgħatuh biex jagħtihom f’idejhom lil Ġesù: 30 biċċa tal-fidda. Dan kien il-prezz tat- tradiment. Għal Ġuda l-ħbiberija tiegħu ma’ Ġesù kienet tiswa 30 biċċa tal-fidda, filwaqt li għal Ġesù l-ħbiberija tagħhom ma kelliex prezz għax kienet imprezzabli, tant li ħallas b’ħajtu. Dan it-tradiment ifakkarna fit-tradiment li kellu Ġużeppi tal-Antik Testment li kien mibjugħ minn ħutu stess. L-istess kienu għamlu ħutu meta daħlet l-għira fin-nofs: biegħu lil ħuhom, Ġużeppi, u nsew li dak kien demmhom stess.

Bħal Ġuda aħna wkoll:
• Xi drabi nitradixxu lil xi ħabib/a.
• Xi drabi nibdlu lill-ħbieb tagħna fuq kwistjonijiet żgħar
• Drabi oħra nħallu l-għira tidħol bejnietna u tkisser dak li nkunu bnejna tul is-snin.
• Aħna wkoll nħallu l-flus jagħmuna
• Aħna wkoll ninsew lil Alla u lil sħabna u nagħtu aktar importanza lil flus u lil dak kollu li
nippossiedu
Hemm bżonn li kultant infakkru lilna nfusna f’dak li tgħidilna l-iskrittura: li min ikun sab ħabib ikun sab teżor; u hemm bzonn li niftakkru f’meta Ġesù qalilna nħobbu lil xulxin kif ħabbna hu stess.

Nitolbu: Mulej għinna ngħożżu l-ħbiberiji tagħna u naħfru lil xulxin kull meta ma naqblux. Ammen.

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.

Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.
Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

IT-TIELET RIFLESSJONI
Il-Kuruna tax-Xewk

Il-kuruna s-soltu jilbsuha s-slaten biex jkunu jintgħarfu mill-oħrajn. Biex turi l-importanza tas-sultan, normalment din tkun imżejna bid-deheb u b’ħafna ħaġar prezzjuż. Meta sultan jiġi inkurunat, ikun ifisser li n-nies tat-territorju tiegħu issa saru sudditi tiegħu u għandhom joqgħodu għal kull ma jgħid u jordna. Kien ikun avveniment importanti u kulħadd kien ikun jistenna biex jara lis-sultan il-ġdid jilbes il-kuruna.

Anke Ġesù kellu kuruna. Infatti, is-suldati sabiex jiżżufjettaw b’Ġesù, libsulu kuruna. Mhux tad- deheb, imma tax-xewk. Mhux talli hi kuruna kerha u bla sens iżda tweġġa’ wkoll. Mela l-għan tagħhom kien ukoll li jweġġgħuh. Minkejja li kienu jafu li Ġesù kien differenti, infatti ma kienx iwieġeb bil-vjolenza għad-daqqiet tagħhom, xorta waħda ma qagħdux lura milli jweġġgħuh. Għalfejn kienu daqshekk krudili miegħu?

Aħna wkoll xi drabi nwaqqgħu għaċ-ċajt lil sħabna. Ġieli jiġri li minn sempliċi ċajta, l-ħaġa ssir bullying u miskin il-vittma għax ħażin jispiċċa. Meta nwaqqgħu għaċ-ċajt lil xi ħadd, ħafna drabi nkunu qegħdin niżolaw lil persuna u naqtugħha ‘l barra mill-grupp. Mhux darba jew tnejn nagħtu tikketta lil xi ħadd u noqgħodu nieħdu gost nweġġgħuh. Għalfejn inkunu rridu nħossu dan il-poter fuq xulxin? Għalfejn inkunu rridu nidħku u nieħdu pjaċir minn fuq dahar ħaddieħor?

Ġesù kien dak li f’ħajtu dejjem ipprova jkun inklużiv, jiġifieri ikun ħabib ta’ kulħadd, speċjalment ta’
dawk li l-aktar kienu mwarrba mis-socjetà bħal foqra, il-lebbrużi u morda oħra, il-midinbin, etc.

Mhux aħjar nippruvaw inkunu bħalu u nfittxu lil min hu mwarrab biex nagħtuh aktar importanza?

Nitolbu: Mulej kemm nixtiequ li nkunu nixbħuk aktar. Għinna nfittxu li ngħinu aktar lid-dgħajjef u
mhux li nużawh. Ammen

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.

Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.
Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

IR-RABA’ RIFLESSJONI
Id-Dadi

Id-dadi huma simbolu ieħor li narawh fil-purċissjonijiet tal-ġimgħa l-kbira biex ifakkarna fil-fatt li s- suldati qatgħu x-xorti fuq it-tunika ta’ Ġesù biex ma jaqsmuhiex f’erba’ iżda xi ħadd kellu jkun ir- rebbieħ, xi ħadd minnhom kellu jkun fortunat u jeħodha kollha għalih. Setgħu refegħuha u tawha lil omm Ġesù biex iżżommha bħala tifkira, imma ix-xeħħa li kellhom fuqhom ma ħallithomx. Kienu greedy wisq! U hawn naraw lil Ġesù li ta kull ma kellu, saħansitra l-aħħar ħwejjeġ li kellu fuqu.

Bħas-suldati hawn ħafna persuni greedy. Dejjem iridu aktar. Hawn oħrajn li tant kemm dejjem iridu li lesti saħansitra jilgħabu dak li għandhom u jittamaw fix-xorti li tgħinhom. Hemm min il-ħin kollu jilgħab il-flus u jibbetja fuq kollox. Hemm min kuljum jilgħab it-tombla f’aktar minn post wieħed. Hemm min dejjem il-casino jew mal-machines. Hemm min irid jaħtaf lil Malta u jibni fuq kull kantuniera li hawn. Dan huwa biss wieħed mill-vizzji li jeżistu. Pero hemm ħafna oħrajn li mhux flus qed jilgħabu imma ħajjithom: dawk li jużaw sustanzi illegali bħad-droga, dawk li daħlu f’ċirku ta’ vjolenza, dawk li daħlu fi djun kbar man-nies, dawk li biegħu ġisimhom għal pjaċiri tal-oħrajn.

Pero ejja nkunu sinċieri. M’hemmx bżonn naħsbu fuq affarijiet il-bogħod minna biex naraw ix-xeħħa. Ejjew insaqsu lilna nfusna:
• Kemm qed inkunu ġenerużi ma’ ħaddieħor?
• Kemm qed nagħtu mill-ħin tagħna?
• Bħalissa vera li ma tantx nistgħu ngħinu lil ħaddieħor ħlief lil tad-dar, imma nistgħu nagħmlu
xi telefonata lin-nanniet jew lil xi hadd li jinsab waħdu.
• M’hemmx bżonn inkunu xħaħ ma’ min għandu bżonn ftit kumpanija.

Ġesù kien dak li dejjem għallimna nkunu ġenerużi, u ma noqgħodux ninkwetaw iżżejjed fuqna infusna. Anzi rridu nemmnu fil-providenza ta’ Alla. Irid jgħallimna nistrieħu fuq Alla l-Missier u mhux fuq ix-xorti jew persuni oħra.
Nitolbu: Mulej Ġesu għinna nimlew qalbna biss bik għax nafu li xejn ma jista’ jagħtina sodisfazjon u ferħ daqs kemm tagħtina int. Ammen

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.
Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.

Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

IL-ĦAMES RIFLESSJONI
Il-Maktur tal-Veronika

Għalkemm il-ġrajja tal-maktur tal-veronika ma nsibuhiex fl-ebda vanġelu, hemm tradizzjoni li tgħid li din il-mara meta rat lil Ġesù mimli demm u jbati, resqet lejh biex tixxuttali wiċċu bil-maktur tagħha u Ġesù ħalla x-xbieha tiegħu fih. Infatti f’ħafna mill-istatwi u pitturi tal-veronika, nsibuha bħala lhudija komuni, xi drabi b’xi tifla żgħira maġenba u f’idejja l-maktur b’wiċċ Kristu fuqu.

Din ix-xbieha ta’ Ġesù stampata fuq il-maktur tfakkarna li aħna wkoll xbieha ta’ Alla. Fl-ewwel ktieb tal-bibbja nsibu kif Alla ħalaq lil bniedem fuq ix-xbieha tiegħu. Mela Alla ħalaqna biex inkunu nixbuh. U sabiex inkunu nixbhuh aktar, permezz tal-magħmudija, aħna nitnadfu mid-dnub oriġinali u matul ħajjitna nkomplu nitnaddfu mid-dnubiet tagħna kull darba li nersqu għal qrar. Infatti d-dnub huwa dak li jkerraħna, li jbiegħdna milli nkunu nixbhu lil Ġesù.

Ġesù jipprova jħalli l-marka/xbieha tiegħu fik:
• Permezz tat-tqarbin
• Permezz ta’ mumenti ta’ talb quddiemu
• Permezz ta’ xi parir siewi minn xi ħadd li jħobbok u li jrid jigwidak
• Permezz ta’ xi qari spiritwali
• Permezz tal-kelma tiegħu

Imma kemm qed tisimgħu? Kemm qed tatih ċans jibqa’ stampat fik? X’ħin iħarsu lejk in-nies, kemm
qed jarawk ta’ eżempju? Kemm qed jaraw lil Ġesù fik?

Nitolbu: Mulej Ġesù xi drabi nitbiegħdu ħafna minnek minħabba d-dnub. Agħllimna nqaċċtu minna dak li hu ħażin sabiex nkunu nixbħuk dejjem aktar. Ammen

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.

Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.

Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

IS-SITT RIFLESSJONI
Il-Qasba u l-isponża

X’ħin Ġesù għajjat li għandu l-għatx, dlonk qabdu sponża, billewha fil-ħall u resquha lil Ġesu. L-iskop tal-ħall kien li jtaffi l-uġiegħ lil dak li kien mislub – qisu pain killer. Iżda Ġesù ma jaċċettax li jiġi aljenat mill-missjoni tiegħu. Huwa jrid jibqa’ konxju sal-aħħar minuta. Jrid jibqa’ preżenti u jrid li jkun jaf x’inhi jiġri sal-aħħar. Fi kliem ieħor irid ibati sal-aħħar għax l-imħabba ta’ Ġesù mgħandhiex limiti.

Illum l-Media donna l-ħin kollu tibbumbardjana biex tifxilna u biex taljenana. Il-media tbellalna dak li trid u ġġiegħelna naħsbu fuq xiex trid. Kważi kważi tmexxilna ħajjitna. Aħna kull ma rridu nagħmlu hu li nħalluha tipposedielna ħajjitna. Biżżejjed tidħol sa fuq l-internet. Wara ftit sekondi, mit-tiftix tiegħek stess, l-internet jsir jaf x’għandek bżonn u jibda jibat quddiemek ħafna reklami li jinteressawk biex wara ftit tibda tonfoq il-flus bl-addoċċ.

L-internet jaf x’għandha bżonn; jaf x’inhu l-għatx tagħna. U aħna ħafna drabi, flok immorru naqtgħu l-għatx tagħna għand Ġesù, bħalma għamlet is-Samaritana tal-bir, mmorru infittxu f’postijiet oħra li ma jservu għal xejn. Illum kulħadd ifittex il-ferħ fil-pornografija, fil-ħbiberiji vitwali fuq ic-chats, ifittex il-ferħ f’diversi partners, jew fl-egoiżmu. Imbgħad nindunaw li l-għatx ma jinqatax b’dawn. U agħar minn hekk, nindunaw li l-problemi ma solvejnihomx, imma sparixxejnihom għal ftit sekondi; insejnihom għal mument, pero hemm għadhom: jistennewna wara l-bieb jew moħbija taħt it-tapit. Jaħasra kemm aljenajna ruħna għalxejn!
Ġesu dejjem għallimna li hu għandu l-kliem tal-verità u l-ħajja u min imur għandu ma jaqbdu qatt aktar għatx.
Nitolbu: Mulej Ġesù, kull meta nħossnni bil-għatx għall-ferħ għinni nirrikorri għandek biex imbagħad inkun nista nwassal l-ferħ tiegħek għand l-oħrajn. Ammen.

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.

Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.
Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

IS-SEBA RIFLESSJONI
Il-Lanza

Dan is-simbolu jfakkarna fil-mument meta għalkemm Ġesu kien diġa ilu mejjet, iċ-ċenturjun ried ikun ċert mill-mewt tiegħu u għalhekk nifdu bil-lanza f’ġenbu minn fejn ħareġ l-aħħar ftit demm u ilma. Jekk is-swat u t-tislib ma kienx biżżejjed, iċ-ċenturjun jagħżel li xorta jagħtih l-aħħar daqqa bil- lanza sabiex ikun ċert li mejjet.

Aħna wkoll xi drabi nużaw ilsienna biex innigżu lil-oħrajn:
• Kemm naqilgħu malafami?
• Kemm ngħidu fuq xulxin u nitkażaw b’xulxin?
• Kemm niġġudikaw lil ħaddieħor mingħajr ebda kuxjenza?
• Kemm jiġrilna li saħansitra nweġġgħu lil xulxin direttament?
• Għalfejn ngħajru bid-difetti?
• Għalfejn nattakkaw lil xulxin?
• Għalfejn ngħiru għal xulxin?
• Għalfejn nirrabjaw għal xulxin?
• X’ser niksbu billi nweġġgħu lil xulxin?
• Forsi ser inħossni aħjar? … jista’ jkun.. imma ma ndumx ma nerġa nħossni mdejjaq, irrabjat jew iddispjaċut.

Xi drabi l-kumment żejjed jista’ jkun l-aħħar daqqa li dik il-persuna jkollha bżonn biex tikrolla u taqa’ f’dipressjoni jew ħafna agħar minn hekk.

Ġesù iridna ngħixu fil-paċi. Ġesù jridna nużaw idejna biex nieħdu b’idejn xulxin, biex ngħanqu lil xulxin, inwieżnu lil xulxin, ngħinu lil xulxin u mhux biex nagħtu bil-lanza lil xulxin. Ejjew inkunu persuni li nġibu l-paċi, li nġibu l-kalma u l-għaqda.

Nitolbu: Mulej Ġesù, għallimna nkunu strumenti tal-paċi kull fejn insibu ruħna. Ammen.

Missierna li int fis-smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int kif fis-sema’ hekkda fl- art. Ħobżna ta’ kuljum agħtina llum, aħfrilna dnubietna bħalma naħfru lil min hu ħati għalina. U la ddaħħalniex fit-tiġrib iżda eħlisna minn kull deni.

Sliem għalik Marija, bil-grazzja mimlija, il-Mulej miegħek, imbierka inti fost in-nisa u imbierek il- frott tal-ġuf tiegħek Ġesù. Qaddisa Marija Omm Alla, itlob għalina midinbin, issa u fis-siegħa tal- mewt tagħna, Ammen.

Glorja lil missier u lill-iben, u lill-Ispirtu s-Santu. Kif kien mill-bidu issa u dejjem u jibqa’ għal dejjem ta’ dejjem. Ammen.

KONKLUŻJONI
Skont il-fehma tal-Papa

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading