IL-PAPA LJUN XIV
ANGELUS
Pjazza San Pietru
Ħadd il-Palm, 29 ta’ Marzu, 2026
Għeżież ħuti,
fil-bidu tal-Ġimgħa Mqaddsa aħna qrib daqs qatt qabel bit-talb għall-kristjani tal-Lvant Nofsani li għaddejjin mit-tbatija minħabba kunflitt atroċi u li, f’ħafna każi, ma jistgħux jiċċelebraw kif jixraq ir-Riti ta’ dawn il-ġranet qaddisa.
Propju fil-waqt li l-Knisja qed timmedita l-misteru tal-Passjoni tal-Mulej, ma nistgħux ninsew lil dawk li llum qed jeħdu sehem fit-tbatijiet tiegħu. Il-prova li għaddejjin minnha tinterpella l-kuxjenza ta’ kulħadd. Nerfgħu it-talb ħerqan tagħna lejn il-Prinċep tal-Paċi, sabiex iwieżen lill-popli miġrugħin bil-gwerra u jiftaħ toroq konkreti ta’ rikonċiljazzjoni u paċi.
Nixtieq ukoll inqiegħed f’idejn il-Mulej lill-baħħara vittmi tal-gwerra: nitlob għall-mejtin, għall-feruti u għall-familjari tagħhom. L-art, is-sema u l-baħar huma maħluqin għall-ħajja u għall-paċi!
U nitolbu għall-migranti kollha li mietu fil-baħar, partikolarment għal dawk li tilfu ħajjithom dawn l-aħħar ġranet qrib il-gżira ta’ Creta.
Insellem u rrodd ħajr lilkom ilkoll, rumani u pellegrini li ħadtu sehem f’din iċ-ċelebrazzjoni! Flimkien issa nduru lejn il-Verġni Marija u nafdaw fl-interċessjoni tagħha kull talba tagħna. Inħalluha tmexxina hi tul dal-ġranet qaddisa, biex nimxu bil-fidi u bl-imħabba wara Ġesù, is-Salvatur tagħna.
Miġjub għall-Malti minn Joe Huber