Is-Seminarju Minuri Qalb ta’ Ġesu’ qed jorganizza reunion għall-eks studenti li twieldu bejn l-1986 u l-1996. Din l-attività se ssir nhar il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju 2026 fis-7.00PM fis-Seminarju stess. Ikun hemm quddiesa, dawra mal-binja tal-iskola u wara ikla bejn il-ħbieb.
Kull min jixtieq jattendi, jista’ jakkwista biljett li jiswa €30 (jinkludi ikel u xorb), mis-Segreterija tal-iskola (Tel: 21553770), JoeLouis Xiberras (Mob: 77551973), Anthony Grech (Mob: 79271924), PeterPaul Camilleri (Mob: 79276975) jew Johan Azzopardi (Mob: 99559716). Jiġu aċċettati ħlasijiet kemm bi flus kontanti jew fuq Revolut (Mob: 99874317). Importanti li min se jħallas fuq Revolut jikteb ismu u kunjomu u s-sena tat-twelid. Narawkom!
