Talb tal-Interċessjoni. Il-Qawmien tal-Mulej

V… Kristu qam mill-imwiet biex jgħix għal dejjem u jimla bil-ferħ kull rokna tad-dinja. B’fiduċja ta’ wlied, inressqu t-talb tagħna lill-Missier, waqt li nitolbu: Kristu Rxoxt, isma’ t-talba tagħna.

1. Għall-Knisja, biex imdawla mid-dawl tal-Mulej Irxoxt, tkun xhud kredibbli tat-tama u l-ferħ fid-dinja u tagħraf tħabbar bil-kuraġġ ir-rebħa tal-ħajja fuq il-mewt. Nitolbu

2. Għall-mexxejja tad-dinja biex l-Ispirtu Qaddis jikkonverti l-qlub imwebbsa mill-mibegħda u l-vjolenza, u jispira deċiżjonijiet li jġibu l-paċi, il-ġustizzja u l-armonija lin-nazzjonijiet kollha speċjalment fejn hemm il-kunflitt u l-firda. Nitolbu

3. Għal dawk li rċevew is-sagrament tal-Magħmudija fil-Vġili tal-Għid sabiex, magħqudin ma’ Kristu, il-qawwa tal-Ispirtu s-Santu tmexxihom biex jgħixu ħajja mġedda ta’ grazzja. Nitolbu

4. Għall-familji kollha, biex miġbura f’isem Ġesù, jitgħallmu jilqgħu lil xulxin b’rispett, jikbru fl-imħabba reċiproka u fix-xhieda ta’ kuljum fil-fidi. Nitolbu

V… O Ġesù, li llum irbaħt il-mewt u ftaħtilna l-mogħdija għall-ħajja ta’ dejjem, isma’ t-talb tagħna u agħtina l-grazzja li, imġedda mill-Ispirtu tiegħek, nerġgħu nitwieldu għad-dawl tal-ħajja. Bi Kristu Sidna.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading