Il-Papa Ljun XIV jsellem lill-ġurnalisti fit-titjira lejn l-Alġeija

VJAĠĠ APPOSTOLIKU TAL-PAPA LJUN XIV
FL-ALĠERIJA, FIL-CAMEROON, F’ANGOLA U FIL-GUINEA EKWATORJALI
(13–23 ta’ April, 2026)
Il-PAPA LJUN XIV ISELLEM LILL-ĠURNALISTI FIT-TITJIRA LEJN L-ALGERIJA
It-Tnejn, 13 ta’ April, 2026

L-Għodwa t-tajba, l-għodwa t-tajba lil kulħadd!

Merħba abbord!  Jien ferħan li qed insellmilkom dalgħodu.

Ftit kliem fil-bidu.  Dal-vjaġġ, li hu wieħed speċjali għal ħafna raġunijiet, kellu jkun l-ewwel wieħed tal-pontifikat tiegħi.  Sa minn Mejju li għadda, waqt l-ewwel vjaġġ tiegħi kont għidt li xtaqt inżur l-Afrika.  Kienu bosta li ssuġġerewli l-Alġerija minħabba Santu Wistin, kif tafu.  Wistin hu pont verament importanti għad-djlogu inter-reliġjuż u f’pajjiżu maħbub ħafna, kif se naraw.  L-opportunità li nżur postijiet marbutin mal-ħajja ta’ Santu Wistin, fejn kien isqof fil-belt ta’ Ippona, li llum magħrufa bħala Annaba, għalija personalment hi barka.  Nemmen li hi barka wkoll għall-Knisja u għad-dinja, għax dejjem għandna nfittxu nibnu pontinijiet ta’ paċi u rikonċiljazzjoni.  Għaldaqstant dal-vjaġġ hu verament opportunità imprezzabbli biex inkomplu nitkellmu bl-istess vuċi, bl-istess messaġġ li nixtiequ nwasslu: li nippromwovu l-paċi, ir-rikonċiljazzjoni u r-rispett lejn il-popli kollha.  Għalhekk, merħba lilkom ilkoll.  Kuntent li qed insellmilkom!  Il-vjaġġ it-tajjeb u grazzi tas-servizz li toffru.

Grazzi!

Miġjub għall-Malti minn Joe Huber

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading