Ħarġa Nru 1077
Il-Ħajja f’Għawdex ta’ April tfakkar avukat u filantropu Kerċmi li għalaq 50 sena mill-mewt tiegħu. Artiklu mill-Kamra Għawdxija tan-Negozju jittratta ‘soluzzjonijiet diġitali’ għal Għawdex li ħarġu bihom iż-żgħażagħ, waqt li Dr Mario Saliba jikkummenta fuq żvilupp aktar sostenibbli fi gżiritna. Anton Tabone jirrakkonta dwar il-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm televiżiv Popolin, waqt li f’artiklu rifless ukoll fil-qoxra, John Cremona jġib ritratt antik ta’ Għar Gherduf, u allura jerġa’ jeħodna lejn Ta’ Kerċem mnejn bdejna!
