San Ġorġ Preca u l-Misteri tad-Dawl

F’Ottubru tal-2002 il-Papa Ġwanni Pawlu II żied ħames misteri fir-Rużarju biex jikkumplimentaw lil dawk tal-Ferħ, tat-Tbatija u tal-Glorja. Ħamsa u erbgħin sena qabel, fl-1957, San Ġorġ Preca kien għażel ħames episodji mill-ħajja ta’ Ġesù u sejħilhom bl-istess isem, il-Misteri tad-Dawl. Xtaq li l-membri tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, Museum, jitolbu dawn il-Misteri b’mod privat. F’dan il-filmat naraw ix-xebħ li hemm bejn il-misteri li għażel San Ġorġ Preca u dawk li inawgura l-Papa Ġwanni Pawlu II għall-Knisja universali, u li aħna nitolbuhom nhar ta’ Ħamis.

Vidjo minn Joe Galea

Il-Misteri tad-Dawl jiffukaw fuq mumenti importanti mill-ministeru pubbliku ta’ Ġesù Kristu.

1. Meta Sidna Ġesù Kristu tgħammed fix-xmara Ġordan.

2. Meta Sidna Ġesù Kristu wera min hu fit-tieġ ta’ Kana.

3. Meta Sidna Ġesù Kristu ħabbar is-saltna ta’ Alla u sejjaħ għall-indiema.

4. Meta Sidna Ġesù Kristu tbiddel quddiem l-appostli fuq il-muntanja Tabor.

5. Meta Sidna Ġesù Kristu waqqaf l-Ewkaristija, it-tifkira tal-misteru ta’ l-Għid.

Dawn il-misteri jissejħu “tad-Dawl” għax juru lil Ġesù bħala d-Dawl tad-Dinja u jgħinuna nifhmu aktar il-missjoni tiegħu ta’ salvazzjoni. San Ġorġ Preca kien iqis il-meditazzjoni fuq dawn il-ġrajjiet bħala mod biex aħna nersqu aktar lejn Kristu u ngħixu ħajja ta’ fidi, umiltà u mħabba.

Author: Joe Farrugia

Segretarjat għal-Lajċi.

Inti x'taħseb dwar dan is-suġġett?

Discover more from Laikos

Subscribe now to keep reading and get access to the full archive.

Continue reading